Il-PN jgħid li huwa “DIŻAPPUNTAT” bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Partit Nazzjonalista esprima diżappunt għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li approvat il-Power Station, biex Malta issa tista’ taqleb għal enerġija aktar sostenibbli u li tniġġeż ferm inqas.
“Deċiżjonijiet bħal dawn jagħtu daqqa ta’ ħarta għall-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej”, qal il-PN. Il-Kummissjoni Ewropea, wara investigazzjoni bir-reqqa, tat l-approvazzjoni tagħha għall-proġett u l-garanzija bankarja li għamel il-Gvern Malti xhur ilu. 

Malta waħedha kontra bexx li jista’ jkun perikoluż

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea m’appoġġjawx proposta biex ikun hemm permess biex l-użu tal-bexx magħruf bħala glifosat, glyphosate, ikun estiż fl-Unjoni Ewropea.
Dan minħabba numru ta’ astensjonijiet, bl-uniku pajjiż li vvota kontra kien Malta. L-astensjonijiet fissru li ma nkisbitx il-maġġoranza kwalifikata li kien hemm bżonn biex il-proposta tal-Kummisjoni tgħaddi. Fost l-aktar li semmgħu leħinhom hemm il-membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli.

Ċamata lil Google!

Il-Kummissjoni Ewropea infurmat lil Google li temmen li kisret regoli Ewropej u abbużat mill-pożizzjoni tagħha.  Dan billi imponiet restrizzjonijiet fuq manifatturi tal-apparat Android u operaturi tan-netwerks tal-mowbajl.

Aqra aktar