kummerc | One News

Notifiki

Il-President ta’ Malta tiltaqa’ mad-delegazzjonijiet kummerċjali

Illum il-President ta’ Malta l-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet laqgħa mal-membri tad-delegazzjonijiet tal-kummerċ li se jkunu preżenti fil-laqgħat li ġejjin waqt viżti statali fil-Bulgarija u l-Kroazja. Il-President Coleiro Preca tkellmet dwar l-importanza li tmexxi dawn id-delegazzjonijiet fejn qalet li permezz taghhom, ir-relazzjonijiet diplomatiċi u politiċi li diġa’ huma eċċellenti isiru aktar tanġibbli ekonomikament.

Aqra aktar

Il-Borża ta’ Malta testendi l-ħinijiet tal-kummerċ

B’effett immedjat il-Borża ta’ Malta estendiet il-ħinijiet tal-kummerċ bi tliet sigħat. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u ċ-chairman Joseph Portelli, waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Minn meta bdiet topera 25 sena ilu, il-Borża ta’ Malta kienet tiftaħ għall-kummerċ tliet sigħat kuljum biss. L-estensjoni qed tiġi implimentata bħala parti mill-inizjattivi li l-Borża se timplimenta skont pjan strateġiku mniedi f’Ottubri li għadda.

Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-estensjoni tinkoraġġixxi aktar kummerċ u tqarreb lill-Borża ma’ standards ta’ swieq internazzjonali. Dan jikkumplimenta l-viżjoni ta’ dan il-Gvern, li jinstabilixxi l-Borża bi sfond internazzjonali.

Aqra aktar

Titneħħa l-liċenzja tal-kummerċ

Disgħin fil-mija tan-negozji Maltin, minn din is-sena, se jiffrankaw li jagħmlu l-liċenzja tal-kummerċ. Liċenzja li l-gvern ħass li jista’ jneħħi biex jiffranka miżata oħra li jġorru kumpaniji żgħar u persuni self- employed, filwaqt li jnaqqas il-burokrazija.

Aqra aktar

Il-KE toħroġ b’regoli ġodda għall-kummerċ online

Il-Kummissjoni Ewropea llum ħabbret miżuri li għandhom ibiddlu t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) għall-kummerċ elettroniku fl-UE.

Il-proposti se jippermettu lill-konsumaturi u lill-kumpaniji, b’mod partikolari negozji żgħar u ġodda, jixtru u jbigħu prodotti u servizzi onlajn aktar faċilment.

Bl-introduzzjoni ta’ portal għall-UE kollha għall-pagamenti onlajn tal-VAT (servizz ta’ one-stop-shop), l-ispejjeż tal-konformità tal-VAT se jitnaqqsu sew u n-negozji fl-UE kollha se jiffrankaw €2.3 biljun fis-sena.

Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw ukoll li l-VAT jitħallas fil-pajjiż tal-konsumatur finali, biex ikun hemm distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul mit-taxxa bejn il-pajjiżi tal-UE.

Aqra aktar

Relazzjonijiet kummerċjali aqwa bejn Malta u r-Russja

Waqt li kien qed jindirizza l-Forum Kummerċjali bejn Malta u r-Russja, il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti jrid jieħu r-relazzjonijiet bejn Malta u r-Russja f’livell ieħor. Il-fatt li qed isir dan il-forum juri li ż-żewġ naħat iridu jsaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom.
Aqra aktar

Jekk tixtri online…

Il-Ministru Helena Dalli qalet li fi żmien fejn ix-xiri minn fuq l-internet qed ikompli jiżdied, il-konsumaturi għandhom ikunu jafu bil-mezzi ta’ rimedju differenti li jeżistu li jipproteġu l-interessi tagħhom.

“Mezzi ta’ rimedju li huma effettivi huma ta’ benefiċċju għas-suq, għall-konsumaturi, kif ukoll għall-kummerċjanti,” qalet Dr Dalli.

Dan qalitu fil-ftuħ ta’ konferenza li trattat mezzi ta’ rimedju għall-konsumaturi organizzata miċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Il-Ministru enfasizzat l-importanza li l-konsumaturi jżommu ruħhom infurmati bid-drittijiet tagħhom skont il-liġi.

Aqra aktar

Send this to a friend