Kultura – Page 9 – One News

Notifiki

Fond ġdid għall-industriji kreattivi

Il-Kunsill Malti għall-Arti nieda programm ġdid ta’ finanzjament li jappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ oqsma speċjalizzati fl-Industriji Kreattivi u Kulturali. Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi ġiet imfassla biex tgħin il-ħolqien u l-appoġġ ta’ pjattaformi li għandhom jipprovdu servizzi mmirati biex jaċċelleraw it-tkabbir tas-settur b’mod sostenibbli u jgħinu lil professjonisti tal-kreattività jtejbu l-prodott tagħhom u jmorru fis-suq bl-ideat kreattivi tagħhom. Il-benefiċjarji tal-programm se jkunu jistgħu jipprovdu s-setturi speċjalizzati b’għadd ta’ servizzi li jvarjaw minn aċċess għal ‘mentoring’ professjonali, ‘networking’ u opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni internazzjonali. Ser ikunu jistgħu joffru spazji komuni tax-xogħol u jagħtu appoġġ għall-iżvilupp tal-esportazzjoni.Aqra aktar

L-‘In Guardia’ fil-Palazz tal-President

Kważi kull nhar ta’ Ħadd 55 persuna jingħaqdu sabiex taħt il-kappa tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu jgħatu spettaklu lit-turisti u fl-istess ħin jippromwovu l-istorja rikka ta’ pajjiżna permezz tar-rikostruzzjoni storika ‘In Guardia’.

Aqra aktar

Tliet proġetti f’irħula differenti se jimbuttaw il-patrimonju nazzjonali

Pajjiżna qed ikompli jassorbi aktar fondi ewropej, fil-fatt is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-interess fis-sejħiet ta’ dawn il-fondi kien wieħed tajjeb ħafna f’dawk li huma assi naturali u kulturali.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li nħarġet is-sejħa għal għaqdiet mhux governattivi u Kunsilli Lokali. Sejħa li għaliha diġà saru 21 applikazzjoni u li minnhom €20 miljun jinkludu proġetti ta’ interess nazzjonali fosthom il-proġett ta’ restawr tal-Pro-Katidral tal-Anglikani fil-Belt Valletta. Proġett ta’ €1,100,000 minn Fondi Ewropej bl-għan li dan il-pro-katidral jattira aktar turisti.

Proġetti oħra jinkludu dak tal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li għalih se jiġu allokati €600,000 biex jiġi restawrat l-arloġġ tal-Imtarfa. Filwaqt, li f’Ħal Qormi, l-kamra tan-nar ta’ San Ġorġ daħlet l-applikazzjoni biex tkun tista’ taħdem il-piroteknika u tagħmel workshops għat-turisti biex tkun jistgħu jitgħallmu aktar dwar dan il-proċess.

Ian Borg qal li dan kollu jikkontribwixxi għall-prodott turistiku Malti.

Proġett fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Bdew l-ewwel passi ta’ proġett li għandu jwassal għal estensjoni tal-mużew tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Kmieni l-Ħamis filgħodu, assistejna għaż-żarmar tal-biċċiet tal-arti mill-Mużew bl-ewwel arti li żżarmat kienet pittura li turi lil Mattia Preti.

Proċess li jsir b’attenzjoni kbira u dan biex ikun asigurat li ma ssir ebda ħsara.

Il-kuratur tal-Kon-Katidral, Cynthia Degiorgio, stqarret li żżarmar tal-mużew ifisser il-bidu ta’ twettiq ta’ ħolma fl-istorja tal-Katidral.

Aqra aktar

‘Furjaniżi kburin, tal-Irish magħrufin!’ 

  •  Il-Furjaniżi se jerġgħu jiċċelebraw bi stil il-festa ta’ San Patrizju

Il-Festa ta’ San Patrizju, festa li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mil-bidu tas-seklu 20, speċjalment fl-inħawi ta’ Balzunetta fejn f’dawn l-inħawi kien hemm stazzjonati suldati Irlandiżi.

Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u minn hemm bdiet it-tradizzjoni li jsejħu lill-Furjaniżi bħala tal-Irish.

Din is-sena se terġa’ tiġi organizzata, attivita’ oħra fejn għall-5 sena konsekkutiva l-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Floriana Ajax Sports Club se jiċċelebraw din il-Festa bl-isem ta’ ‘Saint Patricks’ Sunday’ nhar il-Ħadd 19 ta’ Marzu minn nofsinhar il-quddiem.

Aqra aktar

Ir-radikaliżmu u l-kultura – kif wieħed jista’ jiġġieled lill-ieħor

Dalgħodu il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Dr Owen Bonnici fetħu l-Laqgħa Informali tal-Uffiċjali Għoljin fil-qasam tal-kultura, taħt l-awspiċi tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. L-għanijiet ta’ din il-laqgħa huma li jsaħħu r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi fl-oqsma tal-Kultura u l-Patrimonju Storiku.

Il-Ministru Vella spjega li r-Repreżentanza Għolja tal-UE, Federica Mogherini, pubblikament ikkumentat dwar l-Istrateġija billi nnotat li l-kultura tista’ wkoll “tgħinna lkoll, fl-Ewropa, fl-Afrika, fil-Lvant Nofsani u l-Asja, biex flimkien niġġieldu ir-radikaliżmu u nibnu alleanza ta’ ċivilizzazzjonijiet kontra dawk li qed jipprovaw jifirduna.”

Il-Ministru qal li huwa jaqbel kompletament ma’ dak li qalet Mogherini, għax dan huwa l-ftehim reċiproku li jista’ jkollna ta’ xulxin u bejnietna, li jwassalna biex nieqfu għall-isfidi lejn l-identità u l-valuri li naqsmu.Aqra aktar

It-Tritoni, Pjazza Kastilja u aktar se jkunu protagonisti fil-ftuħ ta’ Valletta 2018

Tnediet ante-prima tal-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018, b’ġabra ta’ proġetti u avvenimenti artistiċi u kulturali li hemm ippjanati għas-sena d-dieħla. Il-pubblikazzjoni fiha togħma tal-proġetti u avvenimenti b’anteċipazzjoni għal dak li se jiġri. Is-sena tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura tibda fl-għoxrin ta’ Jannar elfejn u tmintax b’ċerimonja uffiċjali.

Mario Philip Azzopardi, d-direttur artistiku tal-avvenimenti speċjali fisser kif bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ se jkun hemm spettakli dinamiċi varji f’erba’ spazji miftuħa tal-Belt Valletta.

Dawn huma l-Funtana tat-Tritoni, il-Pjazza ta’ Kastilja, il-Pjazza ta’ San Ġwann u l-Pjazza ta’ San Ġorġ.

Aqra aktar

Send this to a friend