Kultura – Page 8 – One News

Notifiki

Ġmiel ta’ Scarfs b’temi Maltin

Fuq il-mezzi tal-midja soċjali deheru jiċċirkolaw scarfs b’temi differenti; temi Maltin. L-artista tagħhom hija Julianne Marie Brincat.
                                                                  
ONE News tkellem ma’ Brincat fejn saħqet li l-arti fejn toħloq disinni kif ukoll il-pittura, jagħtu ħajja lill-iscarf bl-iskop li jsiru parti mill-individwu li jilbishom. Fil-ħsieb tagħha hemm l-idea, li l-individwu jilbes bicca arti għax hu magħmul minn bicca (jiġifieri drapp) fejn tkun trazmetta wkoll il-burdata, kultura u l-ħsibijiet permezz tagħha.

Aqra aktar

Minn kull ma ħlomt f’żgħożiti

Minn kull ma ħlomt f’żgħożiti,

infittex kollox baħħ,

Il-qalb xiħa w għajjiena

Ma tafx tgħid ħlief “aħħ”.

Li ħlomt kien kollu ħolma,

Li għext kien ħajja biss.

Aħ kieku t-tnejn ingħaqdu,

Il-qamar kont immiss.

Issa qasira l-ħajja,

U l-ħolm duħħan itir……..

 

Kos hux, iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Fil-mument ma nirrealizzawx għax nirsistu għall-aħjar, kultant bi sfida ma’ xulxin u f’tellieqa waħda qisu qatt mhu se mmutu. U mn’alla nħarsu ‘l quddiem għax kieku wieħed joqgħod jaħseb, tispiċċa titlef il-konċentrazzjoni tal-ħajja. Jibqgu biss il-memorji, il-kitbiet bħal din il-poeżija ta’ Rużar Briffa, il-plakek mal-ħitan u monumenti u niċeċ bħal din li tidher fir-ritratt.

Din in-niċċa ħelwa bi plakka għall-iskrizzjoni taħtha, tinsab wara t-Torri Cumbo, fi Triq it-Torri kantuniera ma’ Triq id-Durumblat fil-Mosta. ir-ritratt huwa ta’ Mark Anthony Bugeja.

Aġġornat: Dalgħodu fil-Ħamrun…

Il-Ħamruniżi matul din il-ġimgħa kellhom ċelebrazzjoni ad unur il-padrun San Gejtanu. Is-soltu l-festa tkun iċċelebrata f’Awwissu. Din il-parroċċa qed tiċċelebra l-500 anniversarju tad-dehriet mistiċi li esperjenza San Gejtanu waqt it-talb u l-meditazzjoni li kien jagħmel fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma. Fil-lejl ta’ qabel il-Milied tas-sena 1517, il-Madonna tat lill-Bambin Ġesu’ f’idejn San Gejtanu li hu magħruf bħala l-qaddis tal-Providenza.

Aqra aktar

15-il jum biss il-bogħod mill-Festa

Ninsabu biss 15-il jum bogħod minn dik li qed titqies bhala l-akbar ċelebrazzjoni fil-Kapitali Maltija mill-Indipendenza l’hawn. Bosta attivitajiet ma jaqtgħux, ħa joffru spettaklu lil kulħadd tul is-sena li għadha kemm bdiet, u li warajha se tħalli legat li se jibqa’ jissemma. Bosta attivitajiet ser jibdew mill-14 tax-xahar u jilħqu quċċata fl-20 ta’ Jannar permezz tal-attivita’ Erba’ Pjazez. L-ispettaklu se jsir kull siegħa fil-pjazez prinċipali Beltin: Pjazza Tritoni (Il-Qawma tat-Tritoni), Pjazza San Ġorg (Qalbna), Pjazza San Ġwann (Elfejn u tmintax) u Pjazza Kastilja (Minn Qiegħ l-Imgħoddi għall-Quċċata tal-Ġejjien)

Aqra aktar

Deo Debattista preżenti għall-għeluq tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fid-Danimarka

Waqt iċ-ċerimonja li għalqet il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Aarhus d-Danimarka, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsmatur u Valletta 2018 Deo Debattista spjega li waqt din il-mawra fehem l-impatt li dan it-titlu kellu fuq l-identità tal-Belt.

“Aarhus u l-Kapitali Maltija, Valletta, huma l-aqwa eżempju ta’ bliet storiċi b’ruħ moderna. It-tnejn huma l-post fejn isiru l-ikbar avvenimenti kulturali tal-pajjiż li jinkludu festivals b’temi differenti, teatru, u mużika, u t-tnejn huma kontributuri ewlenin lejn is-settur kulturali tal-pajjiż”, qal is-Segretarju Parlamentari.

Debattista nnota wkoll kif riċerka akkademika dwar is-suġġett tgħid li t-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura tejbet id-ditta kulturali tal-belt għaliex tenfasizza d-diversità, il-kollaborazzjoni, u fuq kollox, l-iżvilupp tal-komunitajiet.

Il-Belt Valletta se ssegwi lill-belt Daniża fi ftit ġimgħat bit-tema Island-Wide Festa li se tiċċelebra l-Kultura Maltija, bil-Belt Valletta tkun iċ-ċentru ta’ dan kollu.

“Il-Fondazzjoni Valletta 2018 assigurat li l-programm jgħaqqad liċ-ċittadini flimkien biex jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet kulturali, jitgħallmu dwar il-passat tagħna, u fuq kollox nuru t-talent lokali lit-350 artist internazzjonali li se jipparteċipaw. Il-Komunitajiet, l-arti viżiva, il-prestazzjoni, l-Opera, id-disinn, festivals mużikali, u siti ewlenin fil-Belt huma biss uħud mill-pilastri li l-Fondazzjoni ibbażat il-programm kulturali fuqhom”, stqarr Debattista.

Il-Legat huwa aspett kruċjali tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura u għalhekk, il-Gvern u l-Fondazzjoni Valletta 2018 se jwaqqfu Aġenzija għall-Legat Kulturali ta’ Valletta 2018, “biex l-artisti tagħna jibbenefikaw mill-istess opportunitajiet, l-istess spazji għall-prestazzjonijiet, u l-istess parteċipazzjoni mill-udjenza wara l-2018”.

 

L-arti u l-kultura jattiraw uċuħ ġodda

Żewġ festivals kulturali ewlenin li jiġu mtellgħin ta’ kull sena fl-ewwel ġimgħat tas-sajf raw żieda konsiderevoli fl-attendenza, kif jikkonferma survey imħejji mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-Festival tal-Jazz kif ukoll il-Festival Internazzjonali tal-Arti raw żieda fin-numru ta’ nies, u l-Kunsill b’wiċċu ‘l quddiem jgħid kif dawn il-festivals dejjem qegħdin jiżviluppaw propju sabiex jattiraw iktar nies.

Id-Direttur għall-festivals u l-avvenimenti Annabelle Stivala stqarret li dawn iċ-ċifri waslu sforz ix-xogħol kontinwu tal-Kunsill sabiex jattiraw iktar nies u jilħqu udjenza ikbar billi għelbu sfidi fuq diversi livelli.

Aqra aktar

Il-kontribut tal-kultura fl-ekonomija huwa akbar minn dak tal-kostruzzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li l-industriji tal-kultural u l-kreattività ikkontribwew 7% lill-ekonomija Maltija fl-2015 – aktar mill-industruja tal-kostruzzjoni li kien ta’ 4%.

F’dak li huma impjiegi, dawn għandhom 5% – tliet darbiet aktar mill-2010; minn 1,100 għal 2,800 impjegat.

Il-Ministru Abela qal li hija ħasra li l-wirt kulturali tas-Sirja qed jiħi meqrud fil-gwerra ċivili.

Aqra aktar

Il-festa tar-raħal qed tressaq aktar Maltin lejn il-kultura

Skont statistika ġdida dwar il-parteċipazzjoni kulturali maħruġa fl-2016 mill-Kunsill Malti għall-Arti, 91% mill-popolazzjoni adulta ta’ Malta ħadet sehem f’attività kulturali. L-istħarriġ fuq il-popolazzjoni li twettaq mill-Uffiċju Nazzjonali għall-Istatistika f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 jitfa’ ħarsa fuq bosta karatteristiċi assoċjati mal-involviment tan-nies f’attivitajiet kulturali.

Aqra aktar

Send this to a friend