Kultura | One News - Part 5

Notifiki

Suċċess kbir għall-Karnival tas-Sajf

Madwar 20,000 ruħ attendew il-Karnival tas-Sajf li qiegħed fis-6 sena konsekuttiva tiegħu, għal darb’oħra turija ċara tal-popolarità qawwija li inizjattivi ta’ din is-sura qegħdin jiksbu matul is-snin. L-edizzjoni ta’ din is-sena, imtella’ minn Festivals Malta, ġiet iċċelebrata fuq 3 ijiem f’Buġibba u Marsaskala.Aqra aktar

Qanpiena ta’ 260 sena lura f’Ħad-Dingli

F’Lejlet il-Festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli ġie inawgurat proġett ta’ restawr fuq qanpiena imprezzabli li tmur lura għas-seklu 18. Din kienet l-aħħar waħda maħduma fil-funderija ewlenija tal-Kavallieri ta’ San Ġwann minn Ġulju Cauchi, l-istess persuna magħrufa għax-xogħol li għamel fuq il-qniepen tal-Kon-Katidral fil-Belt Valletta.Aqra aktar

Spettaklu ta’ mużika Taljana fit-Teatru Rjal

Uħud mill-aqwa kanzunetti Taljani ta’ kantanti bħal Laura Pausini, Zucchero, Eros Ramazzotti, Ivana Spagna u Pooh se jiġu interpretati minn bosta artisti Maltin.

Dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika Taljana m’għandniex dubju li se jkollhom xalata bl-ispettaklu mtella’ waqt it-tieni edizzjoni tal-Notte Italiana bis-sehem tal-Malta Concert Orchesta li se jittella’ s-Sibt fi Pjazza Teatru Rjal.Aqra aktar

Ċans biex tipproduċi xogħol marbut mal-Karnival fil-Karnival tas-Sajf!

Il-Karnival tas-Sajf se jkun estiż bl-avveniment ‘Hands-On Summer Carnival Experience’. Dan ħabbritu Festivals Malta fi stqarrija, fejn iddeskriviet dan l-avveniment bħala wieħed li se jgħin lill-pubbliku jsir jaf aħjar ix-xogħol artistiku li huwa marbut mal-Karnival, u jkollu ċ-ċans jipproduċi xogħolijiet hu stess marbuta mal-Karnival Malti.Aqra aktar

Send this to a friend