Kultura | One News - Part 4

Notifiki

ARA: Żagħżugħ Għawdxi jintgħażel minn Malta uGħawdex biex jistudja l-vuċi operistika fl-Awstrija

Anġelo Muscat, student ta’ 17 –il sena, intgħażel minn Malta u Għawdex kollu biex immur jagħmel esperjenza mużikali ta’ ġimgħa fl-Università fi Graz fl-Awstrija.

Muscat irnexxilu jasal sa hawn billi f’Mejju li għadda, ittanta xortiħ u bagħat filmat tiegħu jkanta. Kien hawnekk li hu rebaħ l-borża ta’ studju biex imur f’Università prominenti fl-Awstrija. Dan hu programm iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija zgħazagħ Malta.Aqra aktar

Kunċert mill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina fil-Mellieħa

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qed ittella’ l-kunċert annwali tagħha fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru fit-20.00 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa. Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, li se jolqot l-gosti ta’ kulħadd. Aqra aktar

Tislima lil Neil Simon

Il-Ħadd, 26 ta’ Awwissu, tħabbret il-mewt ta’ Neil Simon fil-għomor ta’ 91sena.  Fil-fehma tiegħi hu wieħed mill-aqwa playwrites tas-seklu 20.  Kellu 30 dramm li ttellgħu fuq Broadway, li ħafna minhom nħadmu bħala films, fosthom “The Odd Couple” (b’Jack Lemmon u Walter Matthau) u “Barefoot in the Park” (b’Robert Redfiord u Jane Fonda).  Meta tieħu flimkien kemm il-darba ġie innominat għal Academy Awards (4 darbiet), Golden Globe Awards (3 darbiet), Emmy Awards (4 darbiet), Writers Guild Awards (10 darbiet) u Tony Awards (13-il darba), ebda kittieb ieħor tas-seklu 20 ma rċieva daqshekk rikonoxximent.Aqra aktar

Ara: Kritika għall-opra Maltija ‘Aħna Refuġjati’

Storja bbażata fuq missier refuġjat fuq il-baħar li qed jara lill-martu u t-tifla jgħerqu u nies fuq ix-xatt qed jgħajtu biex imorru lura hija t-traġitt umanitarju u artistiku li wieħed jista’ jistenna mill-opra Maltina ‘Aħna Refuġjati’. Is-siparju fuq din l-opera se jitla’ nhar il-Ġimgħa li ġej fuq il-Fosos tal-Furjana, u hija parti mill-programm kulturali ta’ Vallett 2018.Aqra aktar

Ara f’liema futur tista’ tkun qed tgħix 30 sena oħra

Il-kunċett ta’ kif se jkun il-futur tagħna u ta’ wliedna 30 sena oħra hija t-tema esplorata mill-grupp Awstrijak  f’esebizzjoni interattiva bl-isem ‘Cabinet of the Future’. Dan il-grupp ta’ seba’ artisti beda jaħdem fuq dan il-proġett fl-2016, b’sensiela ta’ workshops f’Malta fejn dawk preżenti iddiskutew mal-artisti kif jixtiequ li jkun il-futur tagħhom. Minn dawn l-ideat, l-artisti bl-għajnuna ta’ aktar minn 100 persuna, ħarġu b’din l-esebizzjoni fejn b’mod tanġibbli qed juru dawn l-ideat diversi. Dan kollu bil-għan li jqajmu aktar diskussjonijet dwar il-futur.Aqra aktar

ARA: L-isfidi tal-baned Maltin

In-nies tgawdi u bosta jħejju biex il-festa tal-belt jew raħal tagħhom jgawduha mal-familja. Iżda għalkemm naħsbu f’dawk li jippreparaw l-armar u n-nar, ftit tgħaddilna minn rasna kemm is-soċjetajiet mużikali u l-baned ikollhom x’jogħmodu qabel il-festa.

Saret uġigħ ta’ ras għal kull surmast u delegat tal-banda biex isib bandisti li lesti jonfħu fuq li jonfħu għall-marċi brijużi waqt li ħaddieħor ikun fuq l-ispallejn fis-seba’ sema’.Aqra aktar

Send this to a friend