Kultura – Page 3 – One News

Notifiki

Jibda xogħol ta’ restawr fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt

Il-monument tal-Assedju l-Kbir f’Misraħ l-Assedju fil-Belt bħalissa qed ikun irrestawrat mill-Aġenzija tal-Kutura fi ħdan Heritage Malta, li hija responsabbli miż-żamma tal-monumenti Nazzjonali f’pajjiżna.

Fi ftit sigħat, il-monument se jkun iċ-ċentru ta’ ċerimonja li se tfakkar ir-rebħta ta’ Malta u tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1565, meta ntemmu xhur ta’ battalji kontra l-Ottomani.Aqra aktar

Suċċess għall-ewwel edizzjoni tal-Karnival tas-sajf f’Għawdex

Intemm b’suċċess il-Karnival tas-sajf f’Għawdex, wara li l-Ministeru għal Għawdex investa bis-sħiħ biex Għawdex ikun destinazzjoni distinta u attraenti għalhekk, il-programm ta’ attivitajiet fil-Port tal-Imġarr – lewwel post li jirfsu dawk li jżuru l-gżira – se jingħata l-importanza li tixraqlu u dan wara li saru diskussjonijiet mal-komunità kummerċjali tal-post.Aqra aktar

Il-Fondazzjoni Classique b’kunċert mużikali

Il-Fondazzjoni Classique hija organizzazzjoni kulturali li topera mingħajr qligħ ta’ flus u li għandha l-għan li tippromovi l-kultura billi minn żmien għal żmien torganizza attivitajiet mużikali tal-ogħla livell. Dawn l-ħħar snin kienet il-moħħ wara kunċerti ta’ livell  bis-sehem ta’ artisti lokali u barranin magħrufa kif ukoll l-Orkestra Nazzjonali. Din is-sena nsibuha qed timbarka fuq proġett ġdid bit-tnedija tal-ewwel edizzjoni ta’ Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+Aqra aktar

Mat-28,000 membru f’90 każin tal-banda f’pajjiżna

Il-każini tal-banda f’pajjiżna għandhom mat-28,000 membru.

Dan irriżulta minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li minn stħarriġ li sar din is-sena, fost disgħin każin tal-banda irriżulta li s-sena li għaddiet kien hemm 27,326. Minn dawn, 3,524 kienu bandisti residenti jew fuq taħriġ.Aqra aktar

Science in the City ta’ din is-sena se jżewweġ ix-Xjenza mal-Kultura

Mouse ġgantesk tal-kompjuter u skultura virtwali bl-isem Of Mice, Carbon u Tritons se jkunu żewġ attrazzjonijiet ewlenin fl-edizzjoni tal-Festival tax-Xjenza li din is-sena se jinfirex mid-daħla tal-Belt sa Pjazza Tritoni.

L-edizzjoni għal din is-sena li se twaħħad l-oqsma tax-xjenza u l-kultura se tinkludi wkoll biċċa xogħol artistika interattiva ispirata mill-ġisem tal-bniedem biex tiċċelebra l-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura.  Aqra aktar

Ix-Xagħrin jiċċelebraw il-45 sena mill-Inkurunazzjoni

Il-poplu tar-raħal pittoresk tax-Xagħra Għawdex iċċelebra il-45 sena mindu l-istatwa titulari tal-Bambina ġiet inkurunata b’kuruna tad-deheb.

Kien propju t-2 ta’ Settembru 1973 meta x-Xagħrin ħarġu minn djarhom bi ħġarhom biex jixhdu dan il-mument memorbali.

L-Isqof mibki Nikol Cauchi kien il-protagonist li poġġa l-kuruna tad-deheb fuq ras il-Bambina.Aqra aktar

ARA: Aħna Refuġjati fuq il-Fosos

L-opra Aħna Refuġjati kienet l-ikbar sfida għal Mario Sammut, li għal dawn l-aħħar sentejn ħadem qatigħ biex ikkompona partijiet sostanzjali mill-opra Aħna Refuġjati, u kien xogħlu li jagħmel l-arranġament mużikali kollu.

Din l-opra oriġinali bil-Malti mtella’ għall-programm ta’ Valletta 2018 għandha l-partikolarità li l-orkestra u l-effetti akustiċi huma kollha maħduma fuq il-kompjuter.

Xi ħaġa li offriet flessibiltà sostanzjali, u tefgħet din l-opra f’keffa għaliha, sostna l-kompożitur:

“Inkitbu opri bil-Malti oħrajn qabel imma din opra kontemporanja. Iġifieri anke l-istrumenti. Użajna ħafna strumenti li ma jintużawx f’orkestra s-soltu. Ħafna middle eastern instruments għax ovvjament qed nitkellmu fuq refuġjati.”Aqra aktar

Send this to a friend