Kultura – Page 2 – One News

Notifiki

Xahar ta’opri f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret programm ta’ attivitajiet marbuta mall-opri f’Għawdex – Gozo Opera Month.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-programm, il-Ministru Caruana qalet li dan il-festival abbinat mal-opri tfassal għall-ewwel darba wara diskussjonijiet fit-tul mal-partijiet kollha kkonċernati. Il-Ministru għal Għawdex uriet is-sodisfazzjon tagħha li l-opri liriċi li jiġu organizzati f’Għawdex miż-żewġ teatri fir-Rabat, issa se jkunu parti minn programm ferm iktar wiesa’ u impenjattiv. Għawdex se wkoll jiżżejjen skont it-tema operistika ta’ din l-attività tant prestiġjuża.Aqra aktar

15-il sena ta’ ħidma miċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta

F’dawn il-jiem, iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż qed ifakkar il-15-il anniversarju minn meta nfetaħ dan iċ-ċentru f’pajjiżna.  Dan kien l-ewwel ċentru kulturali Ċiniż li nfetaħ fl-Ewropa.  Huwa parti minn ħolqa ta’ kollaborazzjoni riċeproka li dejjem kien hemm bejn dawn iż-żewġ pajjiżi li bdiet fl-1972 meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff kien żar dan il-pajjiż mbiegħed.Aqra aktar

Jekk m’għandekx fejn tmur il-Ħadd, mur lura fiż-żmien!

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Katakombi Ta’ Bistra se jkunu miftuħa għall-pubbliku bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Mosta. Il-Katakombi Ta’ Bistra huwa l-akbar kumpless ta’ oqbra u katakombi li nstab s’issa il-barra mir-Rabat, Malta. Peress li qiegħed f’distanza ta’ madwar 15 il-minuta miċ-ċentru tal-Mosta, dan is-sit ta’ Heritage Malta huwa ideali biex jikkumplimenta lil postijiet popolari oħra fl-inħawi, fosthom il-Bażilika tal-Assunta, li hija aktar magħrufa bħala r-Rotunda tal-Mosta.Aqra aktar

ARA: Fejn hu l-malti fit-teatru Nazzjonali?

Hekk kif ninsabu fuq l-għatba tal-istaġun teatrali fit-Teatru Manoel, bosta jkunu ħerqana biex ikunu parti mill-udjenza ta’ programm varjat, kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż.

Iżda bosta jqajmu l-argument li t-Teatru Nazzjonali għandu jippromwovi iktar xogħlijiet bil-Malti li dari kienu ddefinixxew il-moviment teatrali Malti.

Drammi bħal dawk ta’ Ġuże Chetcuti, Ġuże Diacono, u Francis Ebejer, ilhom snin ma jittellgħu fuq il-palk nazzjonali.

Tgħid għaliex?Aqra aktar

ARA: Il-President ta’ Malta tpoġġi l-fjuri mal-monument tal-Assedju fil-Belt

Fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Vitorja, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għamlet żjara fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.

Biswit il-monument quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja l-Belt Valletta, l-Forzi Armati ta’ Malta laqgħu lill-President, li mxiet sa quddiem il-Monument, fejn ingħatat il-Present Arms u ndaqqet il-fanfarra. Il-President poġġiet il-kuruna f’riġlejn il-monument, fejn minnufih ingħatat is-salut għall-okkażjoni.Aqra aktar

ARA: Malta tfakkar lid-drammaturgu Francis Ebejer

Diversi attivitajiet madwar pajjiżna qed ifakkru l-25 sena mill-mewt tad-drammaturgu popolari Francis Ebejer. Ebejer jibqa’ magħruf għall-hekk imsejjaħ Teatru tal-Assurd, u kien wieħed mid-dramaturgi fl-istorja moderna, li verament iddefinixxew it-teatru Malti.

Il-Ħamis kien inawgurat bust tad-drammaturgu fi Spazju Kreattiv, u dan kien inawgurat minn ibnu stess, Damien Ebejer.

B’rabta ma’ dan, il-Ħamis filgħaxija tela’ s-siparju fuq edizzjoni ġdida ta’ Boulevard, waħda mill-iktar drammi poplari ta’ Ebejer.Aqra aktar

ARA: Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Vitorja f’Għawdex

F’Misraħ il-Vitorja, fix-Xagħra, tfakkret ir-rebħa tal-Assedju l-Kbir, ir-rebħa tat-Tieni Gwerra Dinjija kif ukoll il-waqfien tal-marda qerrieda tal-pesta tal-1813.

Quddiem udjenza numeruża dalgħodu fix-Xagħra Għawdex, permezz ta’ atti mill-grupp XHRO, tfakkru ġrajjiet importanti li Malta għaddiet minnhom.

Il-banda tal-korp tal-Pulizija taħt id-direzzjoni tas-Surpretendent Anthony Cassar kompliet tpaxxi lin-nies preżenti b’mużika poplari Maltija, fosthom ‘Inti Djamant’. Aqra aktar

Titfakkar il-Vitorja f’Misraħ l-Assedju

Ilbieraħ filgħaxija, Misraħ l-Assedju fil-Belt Valletta ra mijiet ta’ nies jattendu għal serata kommemorattiva għal Jum il-Vitorja.

Din il-ġurnata mportanti fil-kalendarju Malti propju tfakkar ir-rebħa taż-żewġ assedji li saru fuq il-Gżejjer Maltin. Dak tal-1565 magħruf bħala l-Assedju l-Kbir u kif ukoll it-tieni Gwerra Dinija tal-1943, li b’kumbinazzjoni it-tnejn li huma ntemmu fit-8 ta’ Settembru.̧Aqra aktar

Ir-raba’ edizzjoni ta’ Stage and Proms on the Sea

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet ir-raba’ edizzjoni tal-kunċert Stage and Proms on the Sea. Il-Ministru Caruana qalet li dan il-kunċert, li issa stabilixxa ruħu fil-kalendarju kulturali, qed jitwassal lill-pubbliku grazzi wkoll għall-inizjattiva li ħa l-istess ministeru bl-introduzzjoni tal-NGO Assistance Scheme. Fil-fatt, il-Gozo Youth Wind Band, li ser ittella’ dan il-kunċert, kienet waħda mill-għaqdiet volontarji li bbenefikat minn din l-iskema.Aqra aktar

Minn fuq l-ixkaffa tal-Bibjoteka Nazzjonali għal ‘Deheb il-Karta’

13-il ktieb antik li għal għexieren ta’ snin kienu minsija fuq l-ixkafef tal-Bibjoteka Nazzjonali, ingħataw il-ħajja permezz ta’ riproduzzjoni awdjo-viżiva.

Dawn il-produzzjonijiet li b’mod kollettiv qed iġibu l-isem ta’ Deheb il-Karta huma f’forma ta’ doku-drama. Il-produzzjonijiet mhux se jkunu itwal minn erbatax-il-minuta l-wieħed, u jirrakkontaw stejjer tal-imgħoddi li mhumiex wisq magħrufa. Madankollu se jitfgħu dawl fuq kurżitajiet ta’ kif kienet il-ħajja fl-imgħoddi.Aqra aktar

Send this to a friend