Kultura | One News - Part 12

Notifiki

Fost ta’ quddiem fil-Good Country Report

 

Malta: pajjiż ċkejken iżda relevanti.

Good Country.org huwa sit li janalizza l-kontribut li kull pajjiż jagħti u b’mod globali Malta tikseb riżultat tajjeb bis-27 minn 163.

U jekk ngħidu li l-Maltin qalbhom tajba jidher li dan mhux għalxejn. Għax skont dan ir-rapport Malta tinsab fis-seba’ post  f’dik li tissejjaħ World Order.  Hawn ikun ikkalkulat il-kontribut fl-ordni globali skont il-karità, il-ħarsien tar-refuġjati, it-trattati tan-Nazzjonijiet Maqgħquda ffirmati u anke r-rata ta’ twelid.  Dan kien l-aħjar riżultat li kiseb pajjiżna, u jinsab fil-quċċata ma’ pajjiżi bħall-Awstrija, li kisbet l-ewwel post, il-Ġermanja, fit-tieni post, u d-Danimarka fit-tielet post.

Aqra aktar

Kulturi differenti jiltaqgħu f’Ta’ Xbiex

Wara is-suċċess tas-sena li għaddiet, il-kunsill Lokali Ta’ Xbiex ser jerġa’ jorganizza l-attivita’ interkulturali ‘Connecting Through Culture’.

Ta’ Xbiex hija l-lokalita’ fejn hemm l-akbar numru ta’ ambaxxati u residenzi tal-ambaxxati. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali ħaseb sabiex jinvolvi lil dawn l-ambaxxati kollha u jtellgħa attivita’, nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju ġewwa l-parkeġġ tal-yacht marina, bil-parteċipazzjoni sħiħa ta’ dawn l-istess ambaxxati mit-6pm ‘l quddiem. Din l-attività hija appoġjata mis-Segretarjat Parlamentari ghall-Gvern Lokali.

Aqra aktar

Fond ġdid għall-arti jinkoraġġixxi kollaborazzjoni internazzjonali fit-tul

Dawk l-artisti li huma interessati li joħolqu proġett artistiku ambizzjuż ma’ sieħeb internazzjonali fit-tliet snin li ġejjin issa se jkollhom ukoll l-opportunità li jiffurmaw parti mill-programm tal-Belt Valletta 2018 hekk kif għadu kif tnieda fond ġdid.

Il-fond – imsejjaħ il-Multi Annual Support Grant – huwa t-tielet fergħa tal-Malta Arts Fund immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti u se jkollu allokazzjoni ta’ €220,000.

Aqra aktar

Laqgħa pożittiva bejn il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru tal-Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo

Illum waranofsinhar il-Ministru ghall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ltaqa’ mal-Ministru tal-Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo Bekim Collaku.

Iż-żewġ naħat iddiskutew kwistjonijiet relatati mal-qasam tal-Ġustizzja u l-moviment tal-persuni fil-kuntest Ewropew.  Huma saħqu fuq il-bżonn li jkomplu jikbru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat.

Din il-laqgħa ssegwi laqgħa oħra li kellu l-Ministru Bonnici fl-ahhar xhur mad-deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Kultura tal-Kosovo Kutjim Shala.

Aqra aktar

Send this to a friend