Kultura – Page 11 – One News

Notifiki

Iridu li l-Culture Pass tkun estiża għal żgħażagħ li għandhom aktar minn 16-il sena

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ esprima x-xewqa li l-Culture Pass, li se tkun qed tieħu post il-Culture Card, tibda tapplika wkoll għal żgħażagħ li għandhom aktar minn sittax-il sena.

Fi stqarrija qalu li għandha tkun estiża għaż-żgħażagħ kollha sabiex dawn ikunu imħajra jattendu u jipparteċipaw f’attivatijiet kulturali u artistiċi.

Aqra aktar

Allat Ċiprijotti u vikingi protagonisti fl-2017

L-Istennija għall-2018 meta l-Kapitali tagħna tkun iċ-ċentru tal-Kultura Ewropea qegħda kuljum tikber, bil-preparazzjonijiet isiru iktar mgħaġġla. Iżda, il-belt tagħna ssegwi bliet oħra li kellhom l-istess unur u  mat-tokki ta’ nofs il-lejl tal-2017 ħadu dan it-titlu żewġt ibliet oħra.

Aarhus fid-Danimarka u Pafos f’Ċipru se jkunu l-bliet kapitali Ewropej għal din is-sena, fejn il-programm se jibda fil-21 u fit-28 ta’ Jannar rispettivament.

Aqra aktar

Il-kultura tqarreb il-Presidenza lejn in-nies

Dak li mhux se jintlaqat mill-att politiku waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, se jintlaqat mill-Programm Kulturali. Programm varjat f’ pajjiżna u madwar l-Ewropa li se jagħti opportunitajiet uniċi liċ-ċittadini Maltin- li kull mgħandhom jagħmlu hu li jinteressaw ruħhom u jipparteċipaw.

Aqra aktar

Żewġ nisa li bħalhom ma ssibx

L-Ingliżi jgħidulek “there’s nothing like a Panto Dame,” u ejja nagħtuhom raġun. Rari jkollok l-okkażjoni tara raġel liebes kostum eċċentriku kkulurit u jleqq u xi parrokka li twassal sal-Awstralja tant kemm tkun tixgħel.

F’Malta il-pantomimi tal-Milied saru jattiraw l-eluf li ż-żmien ta’ briju u hena jarawh rifless fuq il-palk – medium li sa ftit snin ilu kien meqjus bħala wieħed serju wisq. Naturalment, pantomima minħajr il-famuża Dame, ma tkunx pantomima, u żgur ma tbigħx daqshekk biljetti.

Interessanti nagħtu ħarsa lejn l-istorja tad-Dame. Minn fejn bdiet l-assoċjazzjoni tagħha mal-Milied, minn fejn nibdet il-kunċett ta’ attur maskili jinterpreta rwol ta’ mara daqshekk kunfidenti u robusta fuq il-palk.

Aqra aktar

“L-IMF tfaħħar ir-riforma li qed issir fil-qasam tal-ġustizzja”

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali esprima sodisfazzjon li fir-rapport tagħha, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) faħħret ir-riforma li qed issir fil-qasam tal-ġustizzja, fil-kamp ċivili, u dak kummerċjali. B’mod speċjali l-IMF tgħid li l-bidliet u t-titjib li qed iwettaq dan il-Gvern fil-qasam tal-ġustizzja se jsaħħu l-ambjent ta’ negozju.

Aqra aktar

Proġett tar-residenti wkoll

  • Qed niddjalogaw b’mod effiċjenti ma’ stakeholders fi proġetti?
  • L-ilmenti u problemi qed nindirizzawhom kif suppost?
  • Kif nistgħu nkunu ta’ għajnuna fil-komunitajiet, meta tqis li nħallu impatt fuqhom direttament jew indirettament?

Dawn kienu mistoqsijiet li ħeġġeġ riflessjoni dwarhom il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, ilbieraħ waqt għeluq ta’ konferenza bl-isem “Cities as Community Spaces”, organizzata mill-Fondazzjoni Valletta2018.

Il-Ministru qal li politika tajba għandha tkun sinonima mal-komunikazzjoni tajba mal-pubbliku. Ħafna mill-problemi li d-dinja taffaċja illum huma direttament relatati man-nuqqas ta’ ħila f’li wieħed jisma’ u jagħraf jiddjaloga, biex iqarreb dejjem l-istituzzjonijiet u l-komunità. Dan kollu jorbot mal-Fondazzjoni Valletta2018, li fehmet dan kollu u għalhekk ħejjiet l-attività.

Hemm punti li verament wieħed ta’ min jitkellimhom mal-pubbliku. Bħal per eżempju, il-fatt li l-iżvilupp uman għandu bżonn attività ekonomika li hija sostenibbli – kemm mill-aspett ambjentali u anke dak soċjali, biex ma ngawdux biss aħna, imma anke uliedna. Jeħtieġ djalogu konkret fuq l-iżilupp urban, li llum ma jfissirx sempliċiment li tibni toroq u sistema ta’ dranaġġ. Qatt m’għandna ninsew, saħaq il-Ministru, li komunità mhix biss in-nies imma wkoll fejn jgħixu n-nies. L-ambjent huwa soċjali daqs kemm huwa fiżiku.

Aqra aktar

Għaliha Malta kienet għadha “lura” – imma issa mod ieħor…

Tan-National Geographic jemmnu li Malta ħaqqha post fil-lista ta’ “Postijiet li għandek iżżur fl-2017”.

Mhux hekk biss, talli fil-verżjoni stampata tar-rivista, Malta tingħata spazju ta’ għaxar paġni. Din hija rivista li għandha mijiet ta’ eluf ta’ qarrejja fl-Amerka ta’ Fuq u madwar id-dinja.

Fost l-iktar osservazzjonijiet interssanti li għamlet il-ġurnalist Lisa Abend, li żaret pajjiżna dan is-sajf, hemm il-fatt li l-ewwel impressjoni tagħha ta’ Malta kienet affaxinanti, mhux neċessarjament f’sens tajjeb. Fi kliemha stess:

There was something about this Mediterranean island nation perched between Sicily and North Africa that seemed stuck, its food and arts scenes undeveloped, its fashions several years behind, its tourism aimed largely at northern Europeans hell-bent on sunburns and hangovers. Even Malta’s politics seemed retrograde: Divorce was illegal until 2011.

Aqra aktar

Għajnejn id-dinja kulturali fuq Malta

L-aqwa ismijiet fil-qasam kulturali madwar id-dinja jinsabu hawn Malta. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi qed tospita is-seba’ edizzjoni tas-summit kulturali, li qed isir għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Aktar minn 400 ruh qed jipparteċipaw, bil-midja internazzjonali u stazzjonijiet bħal Euronews jinsabu Malta biex jiiraportaw dan is-summit, immexxi f’pajjiżna mill-Kunsill Malti għall-Arti u organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli għall-Arti u Aġenziji tal-Kultura (IFACCA). Dan tal-aħħar huwa network globali li jiġbor fih Ministeri u kunsilli responsabbli mill-Kultura.

Is-summit jinsab fuq fomm kull min huwa intiż fil-kultura madwar id-dinja.

Aqra aktar

ŻiguŻajg, Festival kulturali għat-tfal

Il-festival internazzjonali tal-Arti għat-tfal u ż-żgħażagħ se jirritorna għas-sitt edizzjoni mill-11 sal-20 ta’ Novembru 2016, bi programm imlewwen ta’ produzzjonijiet internazzjonali tal-għola livell u xogħol lokali.

Aqra aktar

Sant Anġlu jospita atturi Maltin u barranin

Fid-9, 10 u 11 ta’ Settembru se jkun qed jittella l-Malta International Theatre Festival li se jlaqqa’ kumpaniji teatrali minn Malta, Ġermanja,Armenja u l-Iżvezja. Matul dan il-festival se jkunu qed jiġu preżentati drammi oriġinali li fi kliem id-Direttur tal-Festival, Alan Fenech, se jiżżanżnu f’pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend