Kultura – Page 10 – One News

Notifiki

Twettiq ta’ ħolma artistika

Uffiċjalment infetaħ il-programm culture pass fejn 30 produzzjoni ta’ teatru, żfin u mużika se jintwerew lil studenti tal-iskejjel sekondarji. Id-Direttur tal-istrateġija għall-Kunsill Malti għall-arti, Toni Attard, qal li minn Jannar sa issa diġa’ ipparteċipaw aktar minn 2,000 student li flimkien mal-għalliema għażlu liema produzzjonijiet l-aktar jolqtuhom.

Aqra aktar

Produzzjoni televiża internazzjonali se ssir f’pajjiżna

Wieħed mill-aktar xandara popolari, ITV, għażel lil pajjiżna biex jipproduċi programm televiż ta’ logħob fl-ilma. Dan il-programm se jkun jismu ‘Cannonball’. ITV diġa’ ħareġ l-applikazzjonijiet għal dawk il-parteċipanti li jixtiequ jikkontestaw. Din il-produzzjoni se tkun qed issir fil-Malta Film Studios tal-Kalkara.

Aqra aktar

Żwieġ la Maltija fil-Forti Sant’Anġlu

Personalitajiet prominenti se jkunu fost il-protagonisti ewlenin tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Il-Qarċilla li se terġa’ ssir fil-Forti Sant’Anġlu minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Universitá ta’ Malta, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u tal-Kumitat tal-Karnival.

Aqra aktar

Kriminalità li tiswa l-MILJUNI

Ir-reati kriminali marbuta mal-kultura ma jkunux evidenti ħafna, għax ma jaffettwawx nies daqs kemm jaffettwawhom reati oħra.

Imma immaġina tixtri biċċa arti tiswa eluf kbar ta’ ewro għax mingħalik qed tixtri l-oriġinali, iżda ma tkun ksibt xejn għajr kopja li l-valur tagħha jkun inqas bil-bosta.  Din hija waħda mill-isfidi fil-qasam tal-kriminalità marbuta mal-kultura.

F’din l-intervista tista’ ssegwi x’qal espert tal-Europol, Michael Will. Fost oħrajn qal li ġieli jkun hemm anke persuni akkademiċi involti.

Aqra aktar

Iffirmat ftehim favur iktar kooperazzjoni fis-settur kulturali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Ministri għall-Kultura tal-pajjiżi fil-Punent tal-Mediterran iffirmaw dikjarazzjoni ta’ kooperazzjoni b’miri konkreti fis-settur kulturali fil-forum magħruf bħala d-Djalogu 5+5, f’Tuneż.

Din id-dikjarazzjoni filfatt, immarkat l-ewwel darba li l-Ministri għall-Kultura tar-reġjun attendew għal Laqgħa ta’ Djalogu 5+5 minn meta fl-1990 tnieda dan il-forum bil-għan li jitkattru r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej tar-reġjun (Malta, l-Italja, Franza, Spanja u l-Portugal) u l-pajjiżi membri tal-Arab Maghreb Arab Union (il-Marokk, l-Algerija, it-Tunezija, il-Libja u l-Mauritania).

Aqra aktar

2018 se tkun is-sena Ewropea għall-patrimonju kulturali

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżjorju biex l-2018 tkun is-sena Ewropea għall-patrimonju kulturali fl-2018.

Din hija inizjattiva mmirata biex tqajjem kuxjenza dwar l-istorja u l-valuri Ewropej, filwaqt li saħħaħ is-sens ta’ identità Ewropea. L-għanijiet ewlenin huma li tkun promossa d-diversità kulturali, id-djalogu bejn kulturi differenti u l-għaqda soċjali. Ikun hemm ukoll rikonoxximent lejn il-kontribut tal-patrimonju kulturali fl-ekonomija u f’temi oħra, bħal ngħidu aħna kif tista’ tintuża biex jissolvew kunflitti.

Aqra aktar

Kors dwar Kanye West offrut fl-Università ta’ Washington

Filwaqt li fl-Universitá ta’ Malta fil-kors tal-interpretazzjoni mużikali u kulturali noffru credit li jitratta l-Eurovision, fl-Universitá ta’ Washington ġie introdott kors dwar l-effetti kulturali tal-kantant Kanye West. Il-kors jismu “Politics of Kanye West: Black Genius and Sonic Aesthetics”, li se jkun qed jitmexxa mill-Professur Dr Jeffrey McCune.

Aqra aktar

Festivals Maltin jista’ jkollhom timbru Ewropew

Sentejn ilu sar proġett pilota f’pajjiżna, bl-isem EFFE; Europe For Festivals, Festivals For Europe. Kien proġett li kiber, hekk kif festivals lokali kkonsolidaw l-istatus kreattiv u l-ispettru internazzjonali tagħhom. Dan minħabba l-possibbiltà ta’ networking għal shubija artistika internazzjonal, li jiggarantixxi kwalità artistika stupenda.

Is-sabiħ ta’ proġett bħal EFFE hu li festivals kbar, bħal m’hu Fringe ta’ Edinburgh, jissieħeb ma’ festivals żgħar, bħall-festival For Music In Gozo.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba, mużika ġdida ta’ kompożitur Malti fil-Valletta International Baroque Festival

Il-festival tal-mużika barokka li jsir fil-Belt Valletta kull Jannar issa wasal fil-ħames edizzjoni tiegħu. Minn sena għall-oħra dan l-avvenment żied fil-popolarità. Illum il-ġurnata jiġbed udjenza ta ‘l fuq min sitt elef spettatur u sar kalamita għall-iktar mużiċisti rinomati fil-kamp tal-mużika Barokka madwar id-dinja.

Fost oħrajn isir ‘Inspired by Baroque’, li fih tindaqq mużika ta’ kompożituri li ġew wara il-perjodu Barokk, però l-mużika tagħhom ġiet influwenzata b’xi mod mil-era Barokka.

Sas-sena l-oħra il-kompożituri magħżulin għall-dan il-kunċert kienu dejjem barranin. Din is-sena għall-ewwel darba il-kunċert ser jinkludi xogħol tal-kompożitur kontemporanju Malti Reuben Pace.

Dan kien possibli għaliex il-bord tal-festival taħt it-tmexxija tas-Sur Kenneth Żammit Tabona ħa l-inizjattiva illi jikkumissjona dan ix-xogħol.

Aqra aktar

Send this to a friend