ktieb – One News

Notifiki

Manwal għal kull min ibati mill-vizzju tad-droga

Id-droga li sa ftit ilu kienet qed tkissirlu ħajtu issa mhux qed iħalliha tkisser lil ħaddieħor. Fi ktieb mill-pinna ta’ Glen Calleja, Clifford Galea qasam l-esperjenzi li għadda minnhom tul is-sentejn li għamel ifittex id-droga.  Sustanzi li għalkemm kienu ituh togħma tal-ewforija tal-ħajja, kienet twieżnu biss għal ftit minuti u kull darba tħallieh irid iżjed.  Dan sakemm induna li din il-kilba kienet mhux biss qed toħodlu ħajtu iżda wkoll beda jsir bir bla qiegħ ta’ qsim il-qalb, diżappunti u dmugħ.  Aqra aktar

Għall-Glorja tal-Patrija!

Għall-Glorja tal-Patrija! hija ġabra ta’ 20 ħrafa ta’ Aleks Farrugia li jistħarrġu l-identita’ Maltija billi jgħaddu minn perjodu storiku għall-ieħor u jlaqqgħuna ma’ dawk li sawru l-Istorja – il-Maltin, jew aħjar dawk li ħajjithom twaħħdet mal-ħajja fuq dawn il-gżejjer, għat-tajjeb jew il-ħażin. Anke jekk it-tajjeb u l-ħażin huma bosta drabi relattivi ħafna. Xi minn daqqiet umoristiċi, drabi oħra traġiċi – kultant it-taħlita tat-tnejn hija brutali – dawn ir-rakkonti jħalltu doża ta’ ironija taqta’ flimkien mal-empatija u l-imħabba lejn karattri ta’ nies żgħar, dawk li għexu fil-periferija tal-Istorja. Aqra aktar

Mitt sena ta’ kitbiet umoristiċi ta’ Charles Clews

F’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Charles Clews, ġiei ppubblkat volum ġdid b’ċajt, poeżiji, stejjer qosra u kitbiet umoristiċi  li l-komiku leġġendarju ma rnexxilux jippubblika qabel miet 10 snin ilu. Ejjew Nidħku Ftit Ieħor ma’ Charles Clews jinkludi wkoll l-istorja ta’ Stage Commandoes miktuba minn Laurie Bellizzi, profili personali ta’ Clews miktuba minn Joe Julian Farrugia u Trevor Zahra kif ukoll l-iscript sħiħ ta’ Zahra u Toni Sant marbut ma’ crossword kbira li ġiet disinjata minn Enriquè Tabone. Aqra aktar

“Il-ħila tan-nies komuni fl-iżvilupp tal-pajjiż”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat feraħ lil Mark Camilleri li fl-aħħar publikazzjoni tiegħu dwar l-istorja ta’ Malta  jagħti valur lil dawk li ħafna drabi fil-passat kienu injorati – ‘in-nies komuni’, dawk li, bis-saħħa u l-ħila tagħhom, ikkontribwew fl-iżvilupp u l-prosperità tal-pajjiż.

Kien il-Ħamis waranofsinhar li l-Prim Ministru ġie ippreżentat b’kopja tal-ktieb A Materialist Review of Maltese History: 1919-1979.Aqra aktar

Send this to a friend