kronaka | One News

Notifiki

Laura Paffenholz hija t-tfajla li mietet il-lejl li għadda wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Laura Katarina Paffenholz, tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena, tilfet ħajjitha traġikament wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li s-sieħeb tal-vittma, ġuvni Malti li kien qed isuq il-mutur fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tilef il-kontroll f’nofs ta’ triq minħabba xi żrar u ġebel. Dan bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet riekba miegħu waqgħu minn fuq il-mutur. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Sqalli ta’ 43 sena ma setax jevitaha u għadda minn fuq it-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.Aqra aktar

FILMAT: Jispiċċa l-isptar wara ġlieda bl-injam

Raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li ġlieda li kellu ma’ raġel ieħor f’Santa Venera.

Il-ġlieda nqalgħet għall-ħabta tas-6.15 p.m. fi Triq Ġuże Flores f’Santa Venera.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, u ambulanza biex tieħu lir-raġel l-Isptar mill-iktar fis.

Filmat mibgħut lil one.com.mt juri liż-żewġt irġiel jħebbu għal xulxin biċċa għodda u injama.

Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa, għalkemm sorsi fuq il-post qalu li r-raġel ġarrab ġrieħi f’rasu.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

 

 

 

Aġġornat (3) : il-Pulizija b’raid f’diversi ħwienet f’Bormla

Il-Pulizija qed iżomm numru ta’ persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga f’diversi stabbilimenti f’Bormla.

Dawn l-arresti saru wara raid kbir mill-iskwadra ta’ kontra d-droga flimkien ma diversi membri tal-iSpecial Intervention Unit li dehru deħlin fil-ħwienet armati sa sninhom sabiex jeliminaw kull periklu li seta’ kien hemm.Aqra aktar

Send this to a friend