kriminali – One News

Notifiki

Raġel bi storja twila kriminali lura l-qorti wara li seraq strumenti mużikali

Raġel minn Ħal Qormi inzamm arrestat wara li allegatament seraq strumenti tal-muzika mingħand grupp tal-muzika lokali Cryptic Street.

Renald Baldacchino ta’ erbgħin sena ġie iddentifikat wara li kien hu li kiteb fuq il-Maltapark li jrid ibiegħ zewġ strumenti tal-muzika. Bl-istrumenti ġew iddentifikati mill-pulizija li huma l-stess strumenti li ġew misruqa iktar minn sena u nofs ilu mill-garaxx tal-grupp f’Birkirkara.

L-akkuzzat li għandu rekord kriminali wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih.
Baldacchino li huwa riċediv ġie akkuzzat li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mas-sentenza sospiza u l-ħelsien mill-arrest li ingħata għall-erba darbiet.

Għaldaqstant il-Maġistrat Neville Camilleri ordna sabiex l-akkuzzat jinzamm arrestat.

Titwaqqaf taqsima ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ reati kriminali fil-Korp tal-Pulizija

Il-Victim Support Unit fi ħdan il-Pulizija se tkun il-punt ta’ riferiment għall-vittmi tal-kriminalita’ kif ukoll il-qraba tagħhom u tara li tibda tindirizza u tressaq il-vittmi lejn servizzi offruti min entitajiet u ghaqdiet non governattivi.

L-għan prinċipali ta’ din is-sezzjoni huwa li filwaqt li jkun żgurat li jiġu implimentati  l-proċeduri stabbiliti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, jitħarsu d-drittijiet tal-vittmi.  

Il-Unit se tkun qed taghti l-ewwel għajnuna b’mod immedjat  lill-vittmi ta’ reati kriminali.

It-Taqsima ser tkun qed titmexxa mill-ispettur tal-Pulizija Silvana Gafa li hija wkoll gradwata fil-Counselling u fil-Kriminoloġija, u magħha għandha sapport amministrattiv.  Ittieħdu passi ukoll biex f’din it-taqsima jiżdiedu professjonisti oħrajn u għal dan il-għan qed isir ir-reklutaġġ meħtieġ.

Aqra aktar

JINSTAB XHUD FIL-KAŻ TAL-GĦALLIEMA LI NTBAGĦTET IL-ĦABS

Żvilupp fil-każ tal-mara li ntbagħtet ħames snin ħabs wara li nstabet ħatja li tajret żewġ anzjani, li wieħed minnhom miet. Fil-Qorti l-mara kienet l-uniku xhud u wara s-sentenza deskritta minn ħafna bħala waħda iebsa beda jsir appell biex jekk xi ħadd ra l-aċċident jew jaf xi ħaġa jitkellem.

Aqra aktar

Send this to a friend