kottonera – One News

Notifiki

Jitnieda l-‘Birgu Fest’ 2019


Is-Sibt li ġej il-belt storika tal-Birgu se terġa’ tiddawwal biss bix-xemgħat flok l-elettriku waqt edizzjoni oħra tal-Birgu Fest, avveniment kulturali li joħroġ fid-deher is-sbuħija u l-istorja ta’ waħda mill-ibliet storiċi Maltin. Aqra aktar

Ġiet imnedija għall-konsultazzjoni pubblika l-istrateġija għall-Kottonera – Birgu, Bormla, Isla u Kalkara.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, u l-Kordinatur Eżekuttiv tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera Glenn Bedingfield nedew il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.
Aqra aktar

L-istrateġija għall-Kottonera titnieda x-xahar id-dieħel

Il-pjan ta’ strateġija għall-Kottonera mistenni jitnieda għall-konsultazzjoni pubblika f’Settembru li ġej. Dan wara li tħejja mal-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet involuti fix-xhur li għaddew.

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield qal mal-gazzetta KullĦadd li s-sehem tal-Kunsilli Lokali huwa wieħed kruċjali. “Ħdimna magħhom fit-tħejjija tal-pjan ta’ strateġija u rridu naħdmu aktar flimkien ġaladarba tibda l-implimentazzjoni tal-pjan,” qal Bedingfield li kien fdat mill-Prim Ministru bi tħejjija ta’ din l-istrateġija f’Marzu tas-sena li għaddiet.Aqra aktar

L-erba’ baned tal-Kottonera jdoqqu flimkien fl-400 sena mill-wasla tal-Bambina

Permezz ta’ fondi miksuba mill-Komunitajiet Kreattivi, fond amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti, l-Amministrazzjoni tal-Bażilika tal-Belt Senglea flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda se jorganizzaw il-Festival tal-Baned, avveniment mill-baned tal-Kottonera għall-okkażjoni tal-400 sena mill-wasla tal-istatwa Marija Bambina fil-Belt Senglea.

“Avvenimenti ta’ din is-sura jkomplu jitfgħu dawl fuq l-importanza tal-kultura tagħna, kif ukoll ikomplu jsaħħu r-rwol importanti tal-kultura fil-qalba tal-komunità. Dan il-festival apparti l-għan ewlieni ta’ kommemorazzjoni li jġib miegħu, qiegħed ukoll jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-komunità fi ħdan il-Kottonera, kif ukoll ikompli jgħin u jibni fuq l-istrateġija tagħna sabiex dan is-settur ikun aċċessibbli għal kulħadd,” enfasizza l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt it-tnedija ta’ dan il-festival.

It-team tal-Festi Ċentinarji flimkien mal-membri tal-Għaqda Każini tal-Banda ħadmu flimkien sabiex dan il-festival jitwettaq. Saru diversi laqgħat mal-Każini tal-Banda tal-Kottonera u b’hekk tħejja programm apposta għal din l-okkażjoni.

L-għan ta’ dan il-festival huwa li l-erba’ baned tat-Tlett Ibliet jingħaqdu flimkien sabiex jaħdmu flimkien għal ġid tal-komunitajiet rispettivi tagħhom.

Permezz ta’ dan il-festival, kull banda se tagħmel marċ mat-toroq tal-Belt Senglea. Il-baned ser ikunu qed idoqqu minn rotot differenti fejn wara se jingħaqdu flimkien sabiex isellmu lill-Istatwa Inkurunata ta’ Marija Bambina. Fl-aħħar il-baned jingħaqdu flimkien bħala mass band taħt iz-zuntier tal-Bażilika. Il-mass band se tkun immexxija mis-Surmast Chev. Vincent Bonnici K.T. L. li huwa s-surmast Direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Vincitrice, A.D. 1871.

Dan il-Festival se jittella’ fid-9 ta’ Ġunju fis-19:00, u l-programm tal-mass band taħt iz-zuntier tal-Bażilika se jibda għal ħabta tad-21:00.

Glenn Bedingfield jaħdem fuq strateġija tal-Kottonera

Konxju mill-isfidi li l-poplu tal-Kottonera u l-madwar jaffaċċja, il-Gvern għandu intenzjoni li jniehdi strateġija biex tiġi żviluppata l-akkwata mill-aspett soċjali u ambjentali.

Investimenti u żviluppi ġodda fil-Kottonera iġibu opportunitajiet ġodda u l-Gvern jisħaq li dan huwa bżonn immedjat aktar minn qabel.

Il-membru parlamentari Glenn Bedingfield se jmexxi t-tim ta’ strateġija. Din l-istrateġija hija mmirata għal effetti immedjati u oħrajn li jinħassu matul iż-żmien.

Bedingfield se jkun ukoll qed jikkordina laqgħat mal-Cottonera Rehabilitation Committee biex issir konsultazzjoni dwar progetti ta’ restawr li se jitwettqu mill-istess kumitat.

Send this to a friend