kotba – One News

Notifiki

Brillantini tal-kitba jħeġġu aktar kreattività fil-kitba tagħhom

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru u s-Sibt 1 ta’ Diċembru 2018, 50 tifel u tifla mill-iskejjel tal-istat, tal-Knisja u Indipendenti Maltin u Għawdxin ħadu sehem fi programm ta’ attivitajiet tal-kitba għall-Brillantini tal-Kitba f’lukanda fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Dawn l-attivitajiet kienu organizzati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Aqra aktar

ARA: L-akbar fiera tal-kotba li qatt ittellgħet

Ingħata bidu għall-akbar festival tal-kotba f’Dar il-Meditteran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

L-edizzjoni ta’ din is-sena  qed titqies bħala l-akbar fiera tal-ktieb li qatt saret sa’ issa. Dan hekk kif għall-ewwel darba l-bejjiegħa tal-kotba huma mifruxa fuq żewġ sulari.

Aqra aktar

Jidher li qed nieħu iktar interess fil-kotba!

Fl-2017, kien hemm total ta’ kważi 911,000 self ta’ kotba mil-libreriji. Dan ifisser żieda ta’ 66, 378, jew 7.9% fuq is-sena ta’ qabel. Ix-xiri u d-donazzjonijiet ta’ kotba lil libreriji pubbliċi żdied b’6.1%,  u 1.1% rispettivament.
Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta’ materjal ta’ kotba stampati naqas tul l-elfejn u sbatax meta mqabbel mal-elfejn u sittax.Aqra aktar

Jitħabbru r-riżultati tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ; mnedija seħja ġdida

Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari tal-ħajja, mingħajr ma jadottaw pożizzjoni moraliġġanti jew didattika.

Ir-riżultati tal-edizzjoni tal-2017 tal-Konkors ġew imħabbra aktar kmieni dalgħodu waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, li saret fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Belt-is-Sebħ, il-Furjana. Ir-rebbieħa Josianne Block ingħatat trofew, ċertifikat u għotja finanzjarja ta’ 1000 euro għal-manuskritt rebbieħ tagħha, Anonimu. Sussegwentement, Block se tiffirma kuntratt għall-għotja ta’ finanzjament għall-pubblikazzjoni tax-xogħol tagħha ma’ pubblikatur lokali.Aqra aktar

Jisselfu 3.8 miljun ktieb mil-libreriji pubbliċi f’ħames snin

Tul dawn l-aħħar ħames snin in-nies isselfu 3,873,121 ktieb mil-libreriji pubbliċi.

Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, waqt li kien qed iwieġeb misqtosija Parlamentari tad-Deputat Laburista Robert Abela. Bartolo qal kif f’kull sena, l-akbar għadd ta’ kotba ħarġu mil-librerija pubblika tal-Furjana – 816,098 jew 163 elf minn ras għal ras. Is-sena l-oħra sselfu 844,598.Aqra aktar

Titħabbar il-lista ta’ finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fi stqarrija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-edizzjoni tal-2017 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka (għall-kotba ppubblikati fl-2016) għażel u kkomunika l-lista ta’ finalisti. Il-proċess ta’ għażla beda fil-25 ta’ April ta’ din is-sena b’numru rekord ta’ sottomissjonijiet, li minnhom intgħażlu b’kollox 35 finalist. Kif isir is-soltu, qed nippubblikaw il-lista ta’ finalisti għall-benefiċċju tal-pubbliku, li hu rakkomandat li jieħu nota tal-kotba li jidhru fil-lista minħabba li dawn jistgħu jitqiesu fost l-aħjar pubblikazzjonijiet lokali għas-sena 2016. Se jkun hemm aktar notifiki tal-lista fuq il-gazzetti u l-media soċjali.

Aqra aktar

SKS f’Għawdex għall-“Fiera Sajfija tal-Ktieb”

SKS Publishers (Sensiela Kotba Soċjalisti) qed jistiednu lil dawk li għandhom għal qalbhom il-kotba iżuru l-istand tagħhom fil-Fiera Sajfija tal-Ktieb li se tittella’ f’Sir M. A Refalo Sixth Form, ir-Rabat Għawdex fl-14 u l-15 ta’ Lulju. Id-dar tal-Pubblikazzjoni se tkun qed tbigħ novelli, rumanzi minn awturi l-aktar magħrufa Maltin u Għawdxin li jinkludu l-awturi Alfred Sant, Frans Sammut, J.J Camilleri, Pawlu Xuereb, Lino Spiteri, Ġuże` Chetcuti, Karmenu Vassallo, u Mikiel Anton Vassalli, Juann Mamo, Ġuże` Bonnici, Ġuże` Ellul Mercer, Ġuże` Orlando, Gino Muscat Azzopardi, Ivo Muscat Azzopardi. SKS se jesebixxu ‘Is-Sejħa’, ġabra ta’ stejjer ta’ Lu Xun li inqalbu miċ-Ċiniż għall-Malti minn Clifford Borg Marks.

Aqra aktar

Paġni ġodda fil-ktieb Malti

Għexieren ta’ kotba qed ikunu analizzati għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb qabel ikun deċiż jekk jagħmluhiex għall-fażi finali. Responsabbli minn dan il-proċess hemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Tkellimna ma’ Mark Camilleri, il-President ta’ dan il-Kunsill. Mhux biss dwar il-premju iżda wkoll dwar x’qed toffri l-letteratura Maltija, x’inhu l-livell u xi rwol qed jieħu fis-soċjetà l-awtur Malti. Bħal dejjem Camilleri kien ċar u dirett fit-tweġibiet tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend