kors – One News

Notifiki

Kors bla ħlas favur aktar litteriżmu diġitali fl-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni  

Il-Ġimgħa, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius nedew kors bla ħlas li qiegħed jitħejja b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) u l-kumpanija TCTC, maħsub biex iżid il-litteriżmu diġitali fl-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni. Il-kors se jkun qed isiru b’appoġġ mill-BICC u l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Aqra aktar

Jekk int edukatur, tista’ tkompli tistudja mill-kumdità ta’ darek

L-edukaturi Maltin jistgħu jkomplu bl-istudji akkademiċi mill-kumdità ta’ darhom filwaqt li jkomplu bil-karriera tagħhom permezz ta’ pjattaforma onlajn ġdida fis-sit tal-Istitut tal-edukazzjoni.

Il-pjattaforma issa se tagħti l-opportunità biex l-l-akkademiċi u l-edukaturi Maltin ikollhom ċans li japplikaw u jagħmlu korsijiet u taqsimiet ta’ studju fuq l-internet.Aqra aktar

Il-Fondazzjoni IDEAT twaqqaf il-YOU-PROGRESS

Il-Fondazzjoni Ideat li hija fergħa tal-Partit Laburista ngħediet il-kors YOU-PROGRESS, kors li ser qed ikun jagħti togħma lill-parteċipanti ta’ xinhi politika.

Ilbieraħ waqt it-tnedija kien hemm numru sabiħ ta’ parteċipanti li ser qed ikunu jieħdu dan il-kors. In-numru bħalissa jammonta għal aktar minn 40 parteċipant.Aqra aktar

Għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema ta’ Identity Malta wara kors fl-Università dwar il-Liġi taċ-Ċivil

“Il-ħidma tal-Aġenzija Identity Malta li tagħraf il-potenzjal tal-ħaddiema tagħha u tinvesti fihom, jinkwadra tajjeb ferm mal-istrateġija tal-Gvern sabiex niżviluppaw mexxejja fiċ-ċivil, aktar milli amministraturi.”

Qalet dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli, waqt ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema t’Identity Malta li temmew b’suċċess kors dwar il-prattika u l-aspetti legali tal-Liġi taċ-Ċivil.Aqra aktar

L-inbid isir ukoll mill-ħmira – Titħajjar titgħallem kif?

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors ‘Kif Tagħmel l-Inbid?’. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tlett darbiet it-Tnejn 21, 28 ta’ Mejju u 4 ta’ Ġunju, 2018 bejn is-6:00 p.m. u s-7:30 p.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun.

Aqra aktar

L-Università b’kors għall-infermiera biex jispeċjalizzaw fil-kura tal-anzjani  

Il-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa tal-Università ta’ Malta nediet il-kors tagħha fil-B.Sc. Nursing (Hons.) (Elderly Care) f’San Vinċenz de Paule. Iż-żieda fil-popolazzjoni li qed tixjieħ teħtieġ li infermiera kkwalifikati f’ambjenti tas-saħħa u l-kura soċjali jkunu ppreparati b’mod adegwat sabiex jipprovdu kura ta’ kwalità lill-adulti anzjani.

Aqra aktar

Jekk interessat li tieħu xi tip ta’ kors, aqra hawn

Id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inawgura l-programm ta’ korsijiet ta’ tagħlim li jibdew f’Ottubru 2017. Bejn it-12 ta’ Lulju u l-4 ta’ Awwissu d-Direttorat se jkun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għal madwar 458 kors tal-adulti f’90 suġġett differenti.

Dan il-programm ta’ tagħlim jinkludi korsijiet fil-ħiliet bażiċi fil-kitba u fil-qari, fil-Matematika u fil-Kompjuter. Jinkludi wkoll korsijiet akkreditati f’livelli differenti fi tnax-il lingwa: il-Malti, l-Ingliż, l-Għarbi, iċ-Ċiniż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Ġappuniż, ir-Russu, l-Ispanjol u t-Tork.

Aqra aktar

Studenti Għawdxin itemmu b’suċċess kors ta’ kura tal-anzjani

Waqt serata apposta, studenti Għawdxin li temmew b’suċċess il-kors ta’ kura tal-anzjani ġew mogħtija ċ-ċertifikat mistħoqq.

Waqt  l-indirizz tagħha għas-serata, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana saħqet li l-okkażjoni tal-lum kienet specjali għal diversi raġunijiet. Permezz ta’ dan il-kors li għall-ewwel darba sar f’ Għawdex u li għall-ewwel darba sar fuq bażi part time, fisser li ngħatat l-opportunità lil dawn l-istudenti li jieħdu dan il-kors li huwa akkreditat mill-Università ta’ Malta. Fisser ukoll li persuni li qatt ma’ ħolmu li jagħmlu dan il-pass, ingħataw l-opportunità biex jitħarrġu, jiksbu kwalifika li finalment ser tippermettilhom jaħdmu fil-qasam tal-kura.

Aqra aktar

Kors dwar Kanye West offrut fl-Università ta’ Washington

Filwaqt li fl-Universitá ta’ Malta fil-kors tal-interpretazzjoni mużikali u kulturali noffru credit li jitratta l-Eurovision, fl-Universitá ta’ Washington ġie introdott kors dwar l-effetti kulturali tal-kantant Kanye West. Il-kors jismu “Politics of Kanye West: Black Genius and Sonic Aesthetics”, li se jkun qed jitmexxa mill-Professur Dr Jeffrey McCune.

Aqra aktar

Send this to a friend