Korea – One News

Notifiki

Malta b’vuċi fl-akbar avveniment dwar il-blockchain fil-Korea t’Isfel

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri indirizza l-ftuħ tal-Blockchain Governance World Summit f’Seoul fil-Korea t’Isfel. Dan huwa l-akbar avveniment li jiffoka fuq it-tema tal-blockchain tal-Korea t’Isfel, li ġabar rappreżentanti minn madwar id-dinja sabiex jiddiskutu u jiddefinixxu l-importanza tal-irregolar tat-teknoloġija blockchain fuq livell globali.Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq u Ta’ Isfel għandhom isiru ħaġa waħda – Moon Jae

Il-President Moon Jae-in sar l-ewwel mexxej tal-Korea t’isfel li għamel diskors lill-pubbliku tal-Korea ta’ fuq meta tkellem waqt il-logħob tal-massa fi Pyongyang.

F’diskors ta’ seba’ minuti, qal li ż-żewġ pajjiżi għandhom isiru ħaġa waħda, kif kienu qabel il-gwerra.

Moon jinsab fuq żjara ta’ tliet ijiem fi Pyongyang fejn iffirma ftehim storiku ma’ Kim Jong-un.

Il-Korea timmarċja taħt bandiera waħda fil-logħob Olimpiku

Il-Korea Ta’ Fuq u l-Korea T’Isfel qablu li jmexxu tim konġunt tal-hockey tas-silġ tan-nisa wara taħdidiet rari f’villaġġ tat-truppi ta’ Panmunjom.
Dawn huma l-ewwel taħditiet ta’ livell għoli bejn iż-żewġ pajjiżi Koreani f’aktar minn sentejn.
Il-Logħob se jsir bejn id-9 u s-27 ta’ Frar f’Pyeongchang fil-Korea t’Isfel.
Kemm il-kowċ tal-hockey tal-Korea t’Isfel kif ukoll il-gazzetti konservattivi esprimew tħassib dwar il-prospett ta’ tim tal-hockey magħqud, fejn qal li dan il-fatt jista’ jagħmel ħsara fir-rigward tal-possibiltajiet li l-Korea t’Isfel tirbaħ midalja.

Jidher li anke l-Ġappun innota xi suspetti f’dan il-pass.

Dan it-taħditiet ġew segwiti wara l-avvanzi mgħaġġla riċentament fil-programmi nukleari u konvenzjonali ta’ l-armi fil-Korea Ta’ Fuq.

Żviluppi dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel

Il-Korea ta’ Fuq aċċetat li tibgħat delegazzjoni għad-diskussjonijiet dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel. Il-Laqgħa li ser issir nhar it-Tlieta ser tiffoka l-iżjed fuq il-mod kif atleti mill-Korea ta’ Fuq ipparteċipaw fl-Olimpjadi magħrufa bħala tax-xitwa x-xahar li ġej.
Il-mexxej Korean – Kim Jong Un – sostna li jekk jibgħat delegazzjoni f’ dawn l-olimpjadi jkun qed juri għaqda fost il-Koreani. Il-Laqgħa mistennija ssir fil-Panmunjom fil-burdura ta’ bejn il-Korea ta’ Fuq u Isfel. Dan il-villaġġ huwa magħruf bħala l-villaġġ tal-Paċi u fis-snin passatti dejjem saru d-diskussjonijiet bejn ż-żewġ partijiet. L-ewwel fuq l-aġenda fost affarijiet oħra se jkun hemm il-logħob tal-Olimpjadi fix-Xitwa. Dawn se jkunu l-ewwel diskussjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u dik t’ Isfel sa minn Diċembru tal-elfejn u ħmistax. Il-President tal-Korea ta’ Isfel Moon Jae qal li qed jara dawn l-Olimpjadi bħala l-mezz ta’ għaqda u li jteju r-relazzjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u t’ Isfel – dan anke għall-fatt li huma għadhom teknikament fi gwerra.
 

Send this to a friend