korea t'isfel | One News

Notifiki

Iċ-Ċina u l-Korea jikkonfermaw iż-żjara ta’ Kim Jong

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, kien ikkonfermat li l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un żar iċ-Ċina.

Iż-żjara kkonfermata miċ-Ċina u l-Korea ta’ fuq, tfisser li din kienet l-ewwel żjara ta’ Jong-un barra mill-pajjiż mindu sar mexxej seba’ snin ilu.

Qiegħed ikun irrapurtat li t-taħdita bejn Xinping u Jong-un kienet waħda ta’ success.

Iċ-Ċina hija l-alleat ekonomiku ewlieni tal-Korea ta’ fuq u kien mistenni li tikkonsulta ma’ Beijing qabel is-summits ippjanati mal-Korea t’isfel u l-Istati Uniti.

Kim mistenni jiltaqa’ mal-President tal-Korea t’isfel Moon Jae-in f’April u mal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump f’Mejju.

Il-Korea ta’ Fuq se tibgħat tim fil-logħob Olimpiku ta’ Pyeongchang

Il-Korea ta’ Fuq għandha tibgħat delegazzjoni għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-2018, li se ssir fil-Korea t’Isfel fi Frar. Dan qaluh uffiċjali mill-Korea t’Isfel. It-tħabbira progressiva seħħet hekk kif il-pajjiżi ltaqgħu għall-ewwel taħditiet ta’ livell għoli wara aktar minn sentejn. Id-delegazzjoni ser tinkludi atleti, uffiċjali u kif ukoll partitarji.


Il-Korea ta’ Isfel ipproponiet ukoll laqgħat familjari matul l-Olimpjadi tax-Xitwa għal nies li sfaw isseparati minħabba l-gwerra Koreana. Din il-kwistjoni hija waħda ferm emozzjonali għaż-żewġ pajjiżi, u l-Korea t’Isfel kontinwament qed tinsisti biex isiru aktar laqgħat.


Il-laqgħat huma mistennija li jsiru matul il-vaganzi tas-Sena lunari l-Ġdida, li jiġu ċċelebrati matul il-Logħob Pyeongchang. Seoul appella wkoll għall-atleti miż-żewġ pajjiżi Koreani biex jimxu flimkien fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku. Għadu mhux magħruf kif il-Korea ta’ Fuq wieġbet għal dawn l-offerti. L-aħħar darba li ż-żewġ pajjiżi mxew flimkien taħt il-bandiera tal-Peniżola Koreana kien aktar minn 10 snin ilu, fl-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2006.

Żviluppi dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel

Il-Korea ta’ Fuq aċċetat li tibgħat delegazzjoni għad-diskussjonijiet dwar l-Olimpjadi fil-Korea ta’ Isfel. Il-Laqgħa li ser issir nhar it-Tlieta ser tiffoka l-iżjed fuq il-mod kif atleti mill-Korea ta’ Fuq ipparteċipaw fl-Olimpjadi magħrufa bħala tax-xitwa x-xahar li ġej.
Il-mexxej Korean – Kim Jong Un – sostna li jekk jibgħat delegazzjoni f’ dawn l-olimpjadi jkun qed juri għaqda fost il-Koreani. Il-Laqgħa mistennija ssir fil-Panmunjom fil-burdura ta’ bejn il-Korea ta’ Fuq u Isfel. Dan il-villaġġ huwa magħruf bħala l-villaġġ tal-Paċi u fis-snin passatti dejjem saru d-diskussjonijiet bejn ż-żewġ partijiet. L-ewwel fuq l-aġenda fost affarijiet oħra se jkun hemm il-logħob tal-Olimpjadi fix-Xitwa. Dawn se jkunu l-ewwel diskussjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u dik t’ Isfel sa minn Diċembru tal-elfejn u ħmistax. Il-President tal-Korea ta’ Isfel Moon Jae qal li qed jara dawn l-Olimpjadi bħala l-mezz ta’ għaqda u li jteju r-relazzjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u t’ Isfel – dan anke għall-fatt li huma għadhom teknikament fi gwerra.
 

Trump iżur 5 pajjiżi fl-Ażja

Ix-xahar id-dieħel, il-President Amerikan Donald Trump se jipparteċipa f’summits reġjonali f’ħames pajjiżi Ażjatiċi.

Fi vjaġġ ta’ 11 il-ġurnata, Trump mistenni jżur il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel, il-Vjetnam u l-Filippini, flimkien mal-istat Amerikan tal-Hawaii.

Fi stqarrija il-White House ntqal li l-impenji tal-President Amerikan fl-Ażja, se jgħinu biex tkun riżolta l-kwistjoni internazzjonali relatata mat-theddida tal-Korea ta’ Fuq.

Theddida li kompliet teskala fl-aħħar xhur; bil-pajjiż Ażjatiku wettaq is-sitt test nukleari minkejja kundanna internazzjonali.

F’diskors lin-Nazzjonijiet Magħquda aktar kmieni dan ix-xahar, Trump hedded li jeqred lill-Korea ta’ Fuq, fl-istess waqt li ddeskriva l-missjoni tal-mexxej Kim Jong-un bħala suicide mission.

AĠĠORNAT: Il-Korea t’Isfel bi President ġdid

Il-kandidat liberali Moon Jae-in se jkun il-President il-ġdid tal-Korea t’Isfel, dan wara li qala’ 41.4% tal-voti mingħand l-elettorat, dan skont l-ewwel stħarriġ.

Filwaqt li Moon qala’ 41.4 tal-voti filwaqt li l-aktar kandidat li ġie qrib ir-riżultat tiegħu huwa Hong Joon-Pyo b’23.3% tal-voti.

Aqra aktar

Send this to a friend