koppja – One News

Notifiki

Koppja ppremjata b’żewġt itfal sitt ijiem wara ż-żwieġ tagħhom

“Il-ħajja tagħna hija ħajja normali bħal ta’ kwalunkwe’ koppja eterosesswali oħra. Inħossu bħal ħaddieħor u nħobbu bħal ħaddieħor”. Dan huma kliem Dona u Lara, koppja omosesswali li ftit tal-jiem ilu kienu ppremjati b’żewġt itfal jiem wara li ċċelebraw iż-żwieġ tagħhom.

L-istorja tagħhom dehret dalgħodu fuq il-grupp soċjali ‘The People of Malta’,  u serqet qlub l-eluf f’kemm ilni ngħidlek.Aqra aktar

Iżżewġet l-ewwel koppja omosesswali fil-Ġermanja

Karl Kreile u Bodo Mende huma l-ismijiet ta’ żewġt’irġiel li isimhom se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel koppja omosesswali li żżewġet fil-Ġermanja.

F’Berlin, iż-żewġt’irġiel – li ilhom flimkien 38 sena, wiegħdu mħabbithom lejn xulxin proprju fil-ġurnata li ż-żwieġ ugwali sar legali fil-pajjiż.Aqra aktar

Jivvjaġġaw għal disa’ xhur qabel il-jum tat-tieġ

Kull koppja jkollha lista ta’ x’tixtieq li tagħmel qabel il-jum tant speċjali li jgħaqqad koppja flimkien, iżda mhix komuni li koppja tiddeċiedi li timraħ barra mill-pajjiż għal disa’ xhur sħaħ qabel tiżżewweġ. Hekk iddeċidew li jgħamlu Romy u Luke, koppja li jimmarkaw l-avventuri tagħhom fuq paġna bl-isem ta’ “Tag Along travellers.”

Huma tkellmu ma’ The People of Malta fejn sostnew kif “It-tnejn li aħna nħobbu l-eċitament li jġib miegħu backpacking. Għalhekk, sena qabel iż-żwieġ tagħna, iddeċidejna li nivvjaġġaw għal disa’ xhur sħaħ. Ridna ninvestu fir-relazzjoni tagħna billi mmorru nimirħu f’kulturi oħra barranin. Din l-esperjenza bnitna bħala koppja.”

Aqra aktar

Kif m’għandekx tibda l-ħajja miżżewġa

L-aktar mument sabiħ għal koppja miżżewġin friski spiċċa f’każ li dar id-dinja għal mod li bih żviluppa.

Raġel minn Pennsylvania spiċċa fi ġlieda taħraq ferm ma’ martu ftit sigħat bissa wara ċ-ċerimonja tat-tieġ. John Delozier ta’ 31 sena huwa akkużat li prova jifga lill-mara għax jemmen li jimpurtaha biss mill-flus. Infatti kellhom ġlieda liema bħalha dwar ir-rigali tat-tieġ, li wasslet għall-attakk.

Biex tagħmel is-sitwazzjoni aktar drammatika, huwa ħarab minn fuq il-post sakemm instab mill-Pulizija. Aktarx li mhux se jkollhom ħajja faċli bħala miżżewġin.

Wara 69 sena miżżewġin imutu id f’id

Koppja minn Illinois li kienu ilhom miżżewġin għal 69 sena mietu t-tnejn li huma f’temp ta’ siegħa, iżommu idejn xulxin.

Isaac Vatkin, ta’ 91 sena, kien qed iżomm id martu Teresa, li kellha 89 sena, fil-mument li tilfet il-battalja tagħha kontra l-Alzheimers.

Aqra aktar

 X’jiġri mit-tfal, meta koppja tkun isseparat u tgħix f’pajjiżi differenti?

Sitwazzjoni interessanti daqs kemm tista’ tkun stressanti li tkellem dwarha l-Ministru Owen Bonnici waqt  konferenza dwar il-liġi tal-familja, bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE.

Biex f’sitwazzjonijiet bħal dawn ikun hemm l-inqas tbatija possibbli, importanti li pajjiżi jaqsmu l-aqwa prattiċi dwar l-istrumenti li diġà hemm fis-seħħ. Hemm oqsma  importanti bħall-obligu tal-manteniment, ir-responsiblitajiet tal-ġenituri fis-separazzjoni u d-divorzju, u ki dawn ikunu implimentati bl-aqwa mod f’kull stat membru.

Il-Ministru spjega li dawn il-liġijiet jipproteġu l-aqwa interess tat-tfal, li huma l-ħsieb aħħari wara kull strument legali.

Huwa propju fuq l-interess tat-tfal li qed issir reviżjoni tal-liġi attwali bl-isem Brussels IIa. Fost oħrajn hemm propost li t-tfal jingħataw widen f’każijiet ta’ separazzjoni, divorzju, u responsabiltà tal-ġenituri.  

Aqra aktar

“Għax Għawdxi m’għandu xejn inqas minn Malti”

Sal-lum, waqt li f’Malta fl-ewwel grad hemm kawżi li jinstemgħu minn Maġistrati u minn Imħallfin, f’Għawdex il-kawżi jinstemgħu kollha minn Maġistrati.  Din issa se tinbidel u l-kawżi fl-ewwel grad se jinstemgħu minn Maġistrati u Mħallfin, eżatt bħal Malta.

 Il-Ministru Owen Bonnici spjega li Għawdxi m’għandu xejn inqas minn Malti u għalhekk din id-distinzjoni se titneħħa.

Aqra aktar

Send this to a friend