konsumatur | One News - Part 2

Notifiki

Tisħiħ fis-swieq għall-konsumatur f’Malta: tikkonferma l-Kummissjoni Ewropea

Rapport importanti maħruġ mill-Kummisjoni Ewropea uri tisħiħ sostanzjali fis-swieq għall-konsumaturi f’Malta. Dan l-iscoreboard, li joħroġ kull sentejn, iqabbel ukoll is-sitwazzjoni tas-swieq fis-sena 2015 mas-sena 2013.

Ir-rapport jikklassifika lil Malta mal-ewwel tliet pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fis-swieq għal tmien tipi ta’ prodotti, minn tlettax-il suq ta’prodotti, kif ukoll minn tal-ewwel fi tlettax-il suq tas-servizzi minn total ta’ 27 suq.

Kważi s-swieq kollha minbarra tnejn kellhom market performance aħjar mill-medja Ewropea.

Intant, f’dak li hu relatat ma’ indikaturi ta’ kif ikun sejjer is-suq (market perfomance indicator), l-istudju jpoġġi lil Malta fit-tielet post fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea wara l-Lussemburgu u l-Awstrija. Pajjiżi kbar bħall-Ġermanja u Franza saħansitra ġew wara Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend