Konrad Mizzi – Page 6 – One News

Notifiki

€1.6 miljun biex jitħares il-wirt kulturali taħt il-baħar

Matul il-konferenza internazzjonali “Our Ocean” il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar l-impenn li jiġi mwaqqaf korp governattiv ġdid fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu dedikant għall-istudju, protezzjoni, preservazzjoni kif ukoll l-immaniġjar tal-kura, espożizzjoni u aprezzament tal-wirt kulturali taħt il-baħar b’baġit ta’ €1.6 miljun.Aqra aktar

TA’ FRA BEN: L-MTA u l-Awtorità tal-Artijiet jieħdu azzjoni

F’azzjoni konġunta bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Awtorità tal-Artijiet , saret ħidma ta’ infurzar biex tneħħew oġġetti li kienu qed jintramaw fil-bajja Ta’ Fra Ben fil-Qawra.

Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu, tneħħew madwar mitt sunbed u 33 umbrella, fost għamara oħra bħal bażijiet li fuqhom jitwaħħlu l-umbrelel.  B’kollox inġarru żewġ trakkijiet b’oġġetti li kienu fuq din il-bajja.Aqra aktar

L-MTA tintervjeni: promenade xierqa f’San Pawl il-Baħar

Wiċċ ġdid għall-promenade f’Tal-Għażżelin f’San Pawl il-Baħar ifisser aktar spazju miftuħ disponibbli għat-tgawdija tat-turisti, residenti u familji. Iz-zona tippermetti li filwaqt li wieħed igawdi minn xeni naturali, jammira wkoll it-Torri ta’ Wignacourt, li l-bini tiegħu jmur lura għall-1610.

Il-promenade kien ingħata wiċċ ġdid fl-2010, iżda biż-żmien, il-materjal kellu bżonn ammont ta’ ħidma riparattiva. Huma diversi l-elementi li wasslu biex il-promenade ittiekel, fosthom ix-xemx kostanti, l-ilma baħar u anke fatturi oħra, bħall-preżenza ta’ ħamiem fl-akwata. Aqra aktar

Busuttil imur il-Qorti b’rikors kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi

F’rikors li tressaq dalgħodu fil-Qorti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil talab lill-Qorti tal-Maġistrati biex tinfetaħ inkjesta kriminali dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.

Dan b’rabta mal-ftuħ ta’ kumpanija fil-Panama.

Simon Busuttil qal li l-elezzjoni ġenerali ma jfissirx li l-ġustizzja m’għandiex issir u r-rikors ġie preżentat mix-Shadow Minister tal-Ġustizzja Jason Azzopardi u l-Avukat Kris Busietta.

 

AĠĠORNAT: “L-Air Malta kienet se tmut mewta naturali”

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-AirMalta ilha titlef il-flus għal kważi 10 snin u kienet qed tmut mewta naturali mingħajr ma konna qed nindunaw. Huwa għalhekk li l-Gvern issa jrid jaħdem fuq pjan kummerċjali ta’ tkabbir li jwassalha għal linja li tkun “fit for purpose” għal dan is-seklu.

Meta kien qed iressaq il-mozzjoni biex il-Parlament japprova l-estimi finanzjarji tal-Awtorità tat-Turiżmu, il-Ministru Mizzi qal li fi ftit żmien se jitkellem mal-unjins, il-ħaddiema, l-Oppożizzjoni u l-medja biex ikun hemm qbil dwar tkabbir li jwassal għal futur sabiħ.

Aqra aktar

Kollox lest għall-ikbar kunċert b’xejn fl-Ewropa

“Il-fatt li qed inlestu għall-ħdax-il edizzjoni, juri s-suċċess ta’ dan l-avveniment annwali li fuq kollox il-pubbliku Malti u internazzjonali jistenna. Din is-sena kien hemm domanda ferm ikbar ta’ exposure socjali.” Qal dan Russel Samuel minn Barcode International waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-ħdax-il edizzjoni tal-Isle of MTV.

Iċ-Chairman tal-Awtorità għat-Turiżmu, Gavin Gulia qal li t-turiżmu mhux sempliċiment kemm-il turist iżur Malta iżda anke dwar il-prodott offrut u kif ukoll avvenimenti ta’ dan it-tip. It-turiżmu huwa frott il-ħidma konġunta ta’ kull min jaħdem f’din l-industrija.

Aqra aktar

Konrad Mizzi jiċħad l-allegazzjonijiet ta’ The Malta Independent

Il-Ministru Konrad Mizzi ċaħad ir-rapport ta’ The Malta Independent on Sunday  bit-titlu “Kickback over Enemalta privatisation probed by the FIAU” u qal li l-allegazzjonijiet li qed isiru f’dan ir-rapport huma kontinwazzjoni ta’ kampanja ta’ assassinju tal-karattru, kif kienet ippjanata mill-bidu mill-blogger Daphne Caruana Galizia.

Aqra aktar

Konrad Mizzi jiċħad

Il-Ministru Konrad Mizzi fi stqarrija qal li l-istorja kkordinata li ppubblika f’The Malta Independent hija gibda faħxija. Qal li tirrappreżenta l-aħħar attentat minn Simon Busuttil biex jirbaħ l-elezzjoni permezz ta’ biża u twaddib ta’ gideb u tajn.

Aqra aktar

Send this to a friend