Konrad Mizzi | One News

Notifiki

Għaddejja b’ritmu mgħaġġel il-ħidma tal-proġett ‘Malta Air’

Il-kumpanija RyanAir żvelat li fost il-bażijiet Ewropej li se jkunu qed jiċċaqalqu għal fuq kumpanija ġdida li fetħet f’Malta, hemm dawk ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Italja.

Il-Malta Air hija kumpanija ġdida tar-Ryan Air u dettalji dwarha tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-gvern Malti u l-kumpanija f’Ġunju li għadda.

Dakinhar il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi kien innota kif permezz ta’ din il-kumpanija, ir-Ryan Air se tinvesti f’Malta madwar biljun ewro. Aqra aktar

Is-Sibt jibda ċ-‘Ċittadella Arts Festival’

Is-Sibt 17 ta’ Awwissu jitla’ s-siparju fuq iċ-Ċittadella Arts Festival f’Għawdex. Dan il-festival, li se jiġi fi tmiemu fit-13 ta’ Settembru qed jiġi organizzat minn DCapitals Big Band bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, tal-Malta Arts Council (Gozo Cultural Support Programme), tal-Malta Tourism Authority kif ukoll ta’ Heritage MaltaAqra aktar

Lesti mmorru quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex ninvestu fl-Air Malta

Il-Gvern huwa kommess li jiftaħ diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun jista jsir investiment qawwi fl-Air Malta, kemm il-darba s-sitwazzjoni fil-linja tal-ajru nazzjonali tirriżolvi ruħha.

Żvela dan il-Ministru Konrad Mizzi meta mistoqsi minn ONE NEWS dwar l-aħħar żviluppi fit-tilwima bejn l-unjin tal-bdoti l-ALPA u l-Air Malta.

Tenna li l-gvern u l-Air Malta qed jestendu l-id tal-ħbiberija minkejja t-talbiet mhux ġustifikati tal-ALPA.

“Aħna bħala Gvern jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, jiena qed inwiegħed li l-każ mal-European Commission se nagħmluh biex ninvestu bil-kbir fl-Air Malta u nħabbru investment plan kbir għas-snin li ġejjin.” Saħaq il-Ministru Mizzi

L-għada li l-qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni sabiex l-ALPA twaqqaf azzjonijiet industrijali fl-Air Malta, il-Ministru Mizzi tenna l-pożizzjoni tal-Gvern li t-talba tal-bdoti għal garanzija ta’ pakkett finanzjarju ta’ seba’ mitt elf ewro m’ijiex aċċettabbli.

“Il-kumpanija u l-bdoti jpoġġu madwar il-mejda u jiftehmu fuq l-agreement u wara li niftehmu nkomplu nkabbru. Min-naħa tagħna l-Gvern mhu se jkun parteċipi għall-ebda garanzija.” Kompla jgħid.

Intant fi stqarrija, il-kamra tal-kummerċ Maltija kkundannat l-azzjonijiet industrijali li għamlet l-ALPA, fejn qalet li dawn qed iżommu l-pajjiż ostaġġ, bil-Ministru Mizzi jisħaq li kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed għal ġid tal-ħaddiema tal-Air Malta u pajjiżna.

“Kulħadd irid jiġbed il-ħabel tiegħu, kemm b’rispett għall-poplu Malti u Għawdxi, kemm b’rispett għall-kumpanija u l-lealtà lejha u rispett għall-ħaddiema l-oħrajn li m’humiex pilots ukoll.” Ikkonkluda il-Ministru

Matul il-jum, ireaġġixxiet ukoll l-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-ristoranti l-MHRA, fejn qalet li t-talbiet tal-bdoti m’humiex raġjonevoli u li għandhom jiefqu hekk kif dawn mhux biss qed jagħmlu ħsara lill-membri fi ħdan l-MHRA iżda jaf ikunu ta’ ħsara għall-ekonomija Maltija.

L-MHRA żiedet li dawn it-talbiet jaf iwasslu għall-istess destin li ħabbtu wiċċhom miegħu diversi linji tal-arju li llum spiċċaw falluti.

L-Imqabba, Għawdex, il-Port il-Kbir, u l-Fosos tal-Floriana protagonisti fil-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar 2019

Il-Ministru Konrad Mizzi nieda t-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar. Il-Festival jibda fl-24 ta’ April fl-Imqabba. Il-Festival se jmur ukoll fil-Gżira Għawdxija, fejn se jittella’ spettaklu fix-Xagħra fis-27 t’April.

Fit-30 ta’ April, l-ispettaklu tan-nar ikun fuq il-Port il-Kbir. L-ispettaklu se jkun kollu is-sinkronizat mal-muzika, kif spjega l-Head of Events tal-MTA Lionel Gerada. Is-Sibt 4 ta’ Mejju se jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkaniżżat fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem ta’ tmien kamar tan-nar lokali.Aqra aktar

Send this to a friend