kon katidral ta' san gwann | One News

Notifiki

Tingħata lura l-ħajja pittura tas-sekla 16

Il-pittura tal-Kurunazzjoni tal-Verġni Marija li tinsab fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta ngħata il-glorja li kellha.  Dan wara restawr estensiv li sar fuq din l-opra ta’ arti li ġiet impittra fl-aħħar tas-seklu 16. Il-pittura nstabet mitwija u mitluqa.

Aqra aktar

Ser jiġu ordnati disa’ saċerdoti ġodda

Il-Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni ta’ disa’ saċerdoti.

L-ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn iż-żgħażagħ: żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjużi ser issir nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:15 a.m. Id-disa’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Dawn huma:

 Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
 Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
 Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq,
 Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,
 Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco,
 Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan,
 Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
 Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u
 Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is-Sibt li ġej.

Riġlejn Tfal, Żgħażagħ, Miżżewġin u priġunieri maħsulin f’Ħamis ix-Xirka fil-Kon-Katidral

Għal din is-sena, f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija, waqt it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti.

Dan fil-kuntest tal-laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ imsejjaħ mill-Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil-Vatikan.

Aqra aktar

Impenji tal-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

Nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Marzu, il-Knisja tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fl-10:30 a.m., ibierek il-friegħi tal-palm u taż-żebbuġ, u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.Aqra aktar

Muniti li jfakkru l-iskultura ta’ Giuseppe Mazzuoli – Il-Magħmudija ta’ Kristu

Fl-20 ta’ Marzu 2018, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ muniti numiżmatiċi tad-deheb ul-fidda li jur u ‘Il-Magħmudija ta’ Kristu’, grupp ta’ statwi maħduma minn Giuseppe Mazzuoli (1644-1725).

Il-muniti nħarġu taħt l-Europa Programme bit-tema “Barokk u Rokokò” u għandhom il-marka tal-logo Europa Star.

Il-munita tad-deheb għandha valur nominali ta’ €50, filwaqt li l-munita tal-fidda għandha valur nominali ta’ €10.

Dawn il-muniti huma valuta legali f’Malta biss.

Aqra aktar

Żewġ siti storiċi bla ħlas darba kull xahar

Bil-għan li l-wirt storiku ta’ pajjiżna jkun aktar aċċessibbli, il-Gvern iddeċieda li kull xahar ikun hemm ġurnata li fiha żewġ siti storiċi jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Fil-festa pubblika li jmiss, fid-dsatax ta’ Marzu, iż-żewġ siti miftuħa b’xejn se jkunu d-Domus Romana u l-Katakombi fir-Rabat, u l-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt.

B’dan tal-aħħar se joffri opportunità unika lil kull min iżuru hekk kif għall-ewwel darba wara restawr estensiv, se jkun hemm aċċess għall-gallarija.

Aqra aktar

L-aħħar jum qabel il-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018

Illum huwa l-aħħar jum ta’ preparamenti qabel għada ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018.

Bosta hija l-istennija għal dan l-avveniment t’għada anke minħabba l-fatt li l-ispettaklu jidher li se jkunu fin. ta’ kalibru għoli u l-aqwa li qatt sar fil-Kapitali Maltija.

Ta’ min ifakkar li l-attivitajiet ma jieqfux għada filgħaxija. Għada se jkun biss il-bidu ta’ sena t’attivitajiet kulturali għal kulhadd fejn apparti li t-turisti se jitpaxxew, hija opportunità unika ghalina l-poplu Malti u Għawdxi biex nidhlu u niflu ġmiel il-kapitali Maltija; il-kapitali Ewropea tal-kultura għal din is-sena.

Grazzi għal Gvern preżenti, dawn l-aħħar snin saru proġetti kbar ta’ restawr fuq diversi postijiet storiċi li għadhom jintużaw sal-ġurnata tal-lum u jaqdu funzjonijiet diversi.

Fir-ritratt: Il-faċċata tal-Kon-katidral ta’ San Ġwann mixgħul bi speattklu ta’ dawl.

Bir-Ritratti: Spettaklu ta’ dwal qed jistenniekom nhar is-Sibt li ġej

Storja, arti u kultura; kollox fuq il-faċċata tal-Kon-Katidral permezz ta’ spettaklu uniku tad-dawl nhar is-Sibt li ġej filgħaxija fil-ftuħ taċ-ċelebrazzjonali tal-festa kulturali Valletta 2018.

Il-Kon Katidral huwa uniku fl-istil tiegħu; b’ faċċata Mannerista li turi sempliċità imma malli tidħol fih tissorprendik ir-rikezza li fih; is-sbuħija tal-barokk fl-aqwa tiegħu. Il-bini tiegħu tlesta fl-1577 u kien ikkummissjonat mill-Gran Mastru Jean de La Cassière

 

Send this to a friend