kohhu | One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Jixhed wieħed mit-tfal ta’ DCG

Matthew Caruana Galizia, wieħed mit-tliet ulied tal-blogger Daphne Caruana Galizia, xehed għall-ewwel darba fil-Qorti fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ ommu b’karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet.

Fix-xhieda tiegħu bl-Ingliż, Caruana Galizia qal li lejlet il-qtil ta’ ommu, huwa ħalla l-karozza barra mill-grada tad-dar tagħhom fil-Bidnija. Huwa kkonferma wkoll li kien hu l-aħħar persuna li għamel użu mill-karozza, ġurnata qabel l-isplużjoni.Aqra aktar

Il-Koħħu lliberat minn akkużi ta’ frodi

Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, ġie lliberat minn kull akkuża li 11-il sena ilhu pprova jiffroda lil Casino Di Venezia. Muscat kien ġie akkużat fil-Qorti li mingħajr ma kiseb l-ebda awtorizzazzjoni, uża l-kodiċi ta’ persuni oħra tas-sistema tal-casino, u li xaħħam lill-kuppier fil-Casino Di Venezia biex juża karti u dati mmarkati filwaqt li kien riċediv. Aqra aktar

Il-Fulu lagħab €570,000 u tilef €71,000

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud reġgħu dehru l-aħwa Alfred u George Degorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż flimkien mas-sieħba taċ-Ċiniż Anca Adelina Pop.

Huma qed jiġu akkużati fost oħrajn b’ħasil ta’ flus, u f’każ seperat iċ-Ċiniż u l-Fulu qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia flimkien ma’ Vince Muscat il-Koħħu.

Aqra aktar

Aġġornat: Rajt kollox iseħħ quddiemi…tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-każ DCG

Rajt kollox iseħħ quddiemi-ballun tan-nar li qabad mat-tieni splużjoni- hekk xehed Francis Sant waqt il-kumpilazzjoni tal-Qorti b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Francis Sant kien l-ewwel persuna li ra d-delitt makabru iseħħ quddiemu.  Dan ir-raġel li huwa mill-Bidnija u li kien jgħix ftit il-bogħod minn Daphne Caruana Galizia jirrakkonta bi preċiżjoni x’ġara dakinhar li seħħ il-qtil:

“Kont tlajt bicca sew mit-telgħa tal-Bidnija fejn fl-istess waqt lmaħt karozza zgħira ġejja fl-oppost tiegħi-bi speed bilmod..u fil-frattemp, din il-karozza naraha tieqaf u fi ftit sekondi għamlet l-ewwel sparatura minn taħt”

Sant spjega li malli ntebaħ bl-ewwel splużjoni, huwa waqaf sobtu faċċata tagħha- fejn kien ftit metri l-bogħod minn Daphne Caruana Galizia:

“ftit sekondi wara seħħet splużjoni enormi-il-karozza qabżet is-sies u spiċċat ġo għalqa- din baqgħet miexja sa ma waslet għal diżlivell ieħor fejn mbagħad wara niżlet ġo għalqa.

Mat-tieni spluzjoni, Francis Sant saq ftit il-quddiem u minnufih niżel mill-karozza fejn lemaħ xo partijiet fl-art. Huwa li ntebaħ li l-vittma kienet Daphne Caruana Galizia malli ra lill-binha Matthew.

Fil-Qorti telgħu numru ta’ xhieda li kienu fuq il-post fosthom pumpiera kif ukoll pulizija- bl-aktar kumment li spikka kien li fil-ħin illi seħħ il-każ kien hemm kaos- fejn kulħadd kien qed jagħmel minn kollox sabiex jaqdi dmirijietu bl-aħjar mod possibbli.

B’rabta mal-operazzjoni li waslet għall-arresti tal-aħwa Degiorgio kif ukoll Vince Muscat, id-difiża provat timplika li fil-ħin li saru t-tfixxijiet fil-maħżen l-Marsa kien għad m’hemmx mandat ta’ tfixxija maħruġ mill-Maġistrat.  Kien hawnhekk li l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċanfret lill-istess avukat- dan hekk kif il-mandati ta’ tfixxija nħarġu.

Send this to a friend