Knisja – Page 7 – One News

Notifiki

Il-knejjes Karkariżi l-aktar fil-mira

Fl-aħħar għaxar snin, saru 273 rapport ta’ serq minn knejjes. 119 minn dawn il-każi kienu propjeta tal-Knisja filwaqt li 154 kienu rapporti dwar serq fuq viżitatturi. L-akbar numru ta’ rapporti saru fil-Knejjes u Kappelli ta’ Birkirkara. Fl-2012, f’din l-akbar lokalitá f’Malta ġew irrapurtati ħames serqiet.
Aqra aktar

Il-Knisja mhijiex għodda partiġġjana

Fl-aħħar ġimgħat rajna lill-Partit Nazzjonalista jikkwota kontinwament l-omeliji tal-Arċisqof Charles Scicluna, jinterprethom minn lenti partiġġjana u jużawha biex jagħtu l-impressjoni li l-Knisja hija wara l-Partit.

Xi ħaġa li nnotawha ħafna, u li dwarha kiteb Fr David Muscat, li widdeb lill-partitarji  nazzjonalisti li min jagħmel dan juri li mhuwiex verament kattoliku.

Aqra aktar

Il-Papa jikkonferma: dawk flimkien iżda bla annullament jistgħu jitqarbnu

Dalwaqt jista’ jkun li naraw koppji jitqarbnu li s’issa ma setgħux. Qed nitkellmu dwar Kattoliċi divorzjati li ma jikkwalifikawx għall-annullament iżda li xorta qedin flimkien u jixtiequ jitqarbnu.

Din kienet waħda mit-temi diskussi b’ċertu interes fiż-żewġ sinodi dwar il-familja li seħħew fl-aħħar snin.

Ir-Radju tal-Vatikan ikkonferma li hija awtentika ittra tal-Papa Franġisku li spiċċat inxterdet u li huwa bagħat lill-Isqfijiet ta’ Bueno Aires. Fiha l-Papa jfaħħarhom għall-linji gwida pastorali li ħarġu dwar l-implimentazzjoni tal-Eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’.

Peress li din l-ittra inxterdet b’mod mhux uffiċjali, kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar jekk hux minnu li l-Papa bagħat l-approvazzjoni tiegħu jew le. Aqra aktar

Knisja fil-qalba tal-Ħamrun tingħata l-grad ta’ Santwarju

Il-Knisja antika magħrufa bħala tas-Samra fil-qalba tal-Ħamrun għadha kif ġiet elevata għal grad pretiġjuż ta’ Santwarju b’digriet tal-Arċisqof ta’ Malta Mons.Charles J. Scicluna wara rikors tal-Kappillan tal-Paroċċa San Gejtanu Dun Walter Cauchi fuq suġġeriment tar-Rettur preżenti Dun Andrew Borg.
Aqra aktar

Raġuni doppja biex tan-Naxxar jiċċelebraw

 

L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li approvat il-permess biex isir restawr lill-faċċata ewlenija tal-Knisja Parrokjali tan-Naxxar, dedikata lil Marija Bambina.

Fost oħrajn se jitneħħew marki suwed, ħmieġ u partijiet tal-metall, inkluż is-sistema ta’ dwal imwaħħla mal-faċċata. F’partijiet fejn il-ġebel iddeterjora, se jkun mibdul b’ġebel ġdid.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba, fratelli nisa

Waqt purċissjonijiet fil-festi Maltin, normalment naraw irġiel libsin ta’ fratelli. Din is-sena, għall-ewwel darba, f’Birkirkara ser ikunu qed jakkumpanjaw lill-irġiel in-nisa wkoll.

Erba’ żgħażagħ nisa se jiehdu il-professjoni ta’ frattelli wara li tul is-sena attendew ghall-funzjonijiet u purcissjonijiet kollha. B’hekk se jiffurmaw parti mil-fratellanza tas-sagrament kif ukoll dik ta’ San Gużepp.

Tkellimna ma’ Pawlu Muscat rettur tal-fratellanzi ta’ Sant’ Elena, li spjegalna kif fuq il-karta nisa dejjem kien hemm, iżda bil-fatti kien jiġri mod ieħor.

Aqra aktar

L-Isqof id f’id mal-Imam

Illum kien jum speċjali għall-Katidral ta’ Għawdex għaliex għal Pontifikal ta’ Santa Marija li mexxa l-Isqof Mario Grech kien mistieden l-Imam Mohammed El Sadi tal-Komunita’ Musulmana f’pajjiżna flimkien ma’ rappreżentanti tal-istess Komunita’.

Aqra aktar

Il-but tal-Knisja aktar mimli

L-Arċidjoċesi ta’ Malta għalqet is-sena 2015 b’ surplus ta’ €2,700,000. Dan skont ir-rapport finanzjarju ppublikat illum li ta stampa tal-but tal knisja fl-2015.

Aqra aktar

Send this to a friend