Knisja – Page 6 – One News

Notifiki

Jitlesta r-restawr tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat

F’dawn iż-żminijiet ta’ festi ġie inawgurat restawr estensiv li sar fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat.

Restawr li dam għaddej għal sena u nofs u li sewa ’l fuq minn mija u disgħin elf ewro.

Patri Martin Coleiro, il-Gwardjan tal-Komunità Franġiskana tar-Rabat li tieħu ħsieb din il-Knisja, spjega aħjar fiex kien jikkonsisti dan ir-restawr.

Aqra aktar

L-Imsida tiċċelebra l-150 sena mit-twaqqif tal-parroċċa

L-Imsida tat bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Imsida. Dan billi bdew is-sena bit-tqaddis tal-quddiesa li kienet immexxija minn Mons J Galea Curmi, il-Vigarju Ġenerali fil-Knisja Parrokkjali San Ġużepp.

Permezz ta’ din il-quddiesa bdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju fejn inxtegħelet il-Luċerna li se tibqa’ fuq l-artal matul is-sena.

Aqra aktar

Il-qassis anzjan fil-qalba ta’ Paceville

Għandu 83 sena u ħidmietu żżommu fil-qalba ta’ Paceville, il-mekka tad-divertiment. Għex ħajtu man-nies, grazzi għall-futbol u l-missjoni edukattiva u soċjali tiegħu, u sal-lum għadu jħoss il-polz tas-soċjetà. Fil-ġimgħa tal-Milied kien proprju dwar dan l-iktar li xtaqna nitkellmu mal-Patri Agostinjan Hilary Tagliaferro.

L-iktar proġett importanti li għandek f’idejk huwa l-Millenium Chapel. X’inhu x-xogħol li qed isir hemm?

Bażikament, aħna ridna nimmiraw lejn il-bniedem b’mod ħolistiku. Nemmen li Paceville huwa post li għandu t-tajjeb tiegħu, għaliex il-bniedem għandu bżonn li jiddeverti. Madankollu, l-iskop tal-kappella kien li f’nofs dan l-istorbju u d-divertiment kollu, aħna noffru post ta’ silenzju u trankwillità sabiex dak li jkun jista’ jirrifletti u jingħaqad m’Alla. Ta’ min isemmi li għandna żewġ ġemmellaġġi, li huma mas-soritijiet tal-Klawsura ta’ Birkirkara, għaliex fatt interessanti huwa li tliet sorijiet minnhom kienu jiġu Paceville biex jiddevertu u mbagħad jgħaddu l-Millenium Chapel, u jħossu li l-vokazzjoni tagħhom kienet grazzi għall-kappella, filwaqt li anke mal-YFA. Naħdmu ħafna għaż-żgħażagħ u nagħtu kas il-ġisem tal-bniedem.

Għandna wkoll siġra li permezz tagħha nfakkru dawk iż-żgħażagħ li jkunu tilfu ħajjithom b’mod traġiku. Barra minn dan is-simboliżmu, għandna wkoll 13-il counsellor professjonali li jaħdmu maż-żgħażagħ li jkollhom xi problemi ta’ vizzji jew affarijiet oħrajn konċernati mal-ħajja ta’ kuljum. Insemmi wkoll skrin li għandna barra l-kappella, fejn minflok juri reklami, juri messaġġi tagħna, li huma messaġġi ta’ kuraġġ, motivazzjoni u anke mħabba.

Aqra aktar

Il-UĦM tħaddem skemi bħall-GWU

Il-Community Work Scheme li tħaddem il-General Workers’ Union, wara li rebħet proċess kompetittiv, mhix l-uniku skema maħsuba biex idaħħal iktar nies fil-post tax-xoħol li titmexxa minn trade union.

L-Union Ħaddiema Magħqudin ukoll tmexxi skemi simili. Irrapportat dwar dan il-Maltatoday li stħarrġet kif tul l-aħħar snin JOBS+ nediet diversi skemi maħsuba għat-taħriġ u l-għajnuna lil nies li ilhom jirreġistraw biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Skema oħra li nediet JOBS+ is-sena li għaddiet hija l-Work Programm Intitiative.

Aqra aktar

Il-Kurja tinsisti li l-Gvern iwettaq studju propost minnha

Fi stqarrija l-Kurja ilmentat li fid-diskors tal-baġit, ma kien hemm ebda referenza għal studju li ppropniet hi.

Kienet proponiet li jsir studju nazzjonali dwar il-propjetà. Il-proposta kienet stiednet lill-Gvern “biex jalloka fondi għal studju dwar id-domanda u l-provvista tal-propjetà f’Malta u l-ambjent ekonomiku u fiskali li jaffettwa il-propjetà”.

Il-Kurja, permezz tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, qalet li qed “terġa’ tistieden lill-Gvern biex jiffinanzja studju ta’ dan it-tip u l-aġġornamenti tiegħu”. Qalet li “l-approvazzjoni ta’ ċerti proposti ta’ żvilupp u t-tfassil ta’ ċerti policies ta’ ippjanar jitfgħu dubju dwar jekk dawn humiex qed iħarsu lejn il-perspettiva wiesgħa, jiġifieri l-ġid komuni, jew inkella humiex qed jagħtu iktar importanza lil interessi settorjali dejqa ħafna”.

Aqra aktar

Il-knejjes Karkariżi l-aktar fil-mira

Fl-aħħar għaxar snin, saru 273 rapport ta’ serq minn knejjes. 119 minn dawn il-każi kienu propjeta tal-Knisja filwaqt li 154 kienu rapporti dwar serq fuq viżitatturi. L-akbar numru ta’ rapporti saru fil-Knejjes u Kappelli ta’ Birkirkara. Fl-2012, f’din l-akbar lokalitá f’Malta ġew irrapurtati ħames serqiet.
Aqra aktar

Il-Knisja mhijiex għodda partiġġjana

Fl-aħħar ġimgħat rajna lill-Partit Nazzjonalista jikkwota kontinwament l-omeliji tal-Arċisqof Charles Scicluna, jinterprethom minn lenti partiġġjana u jużawha biex jagħtu l-impressjoni li l-Knisja hija wara l-Partit.

Xi ħaġa li nnotawha ħafna, u li dwarha kiteb Fr David Muscat, li widdeb lill-partitarji  nazzjonalisti li min jagħmel dan juri li mhuwiex verament kattoliku.

Aqra aktar

Il-Papa jikkonferma: dawk flimkien iżda bla annullament jistgħu jitqarbnu

Dalwaqt jista’ jkun li naraw koppji jitqarbnu li s’issa ma setgħux. Qed nitkellmu dwar Kattoliċi divorzjati li ma jikkwalifikawx għall-annullament iżda li xorta qedin flimkien u jixtiequ jitqarbnu.

Din kienet waħda mit-temi diskussi b’ċertu interes fiż-żewġ sinodi dwar il-familja li seħħew fl-aħħar snin.

Ir-Radju tal-Vatikan ikkonferma li hija awtentika ittra tal-Papa Franġisku li spiċċat inxterdet u li huwa bagħat lill-Isqfijiet ta’ Bueno Aires. Fiha l-Papa jfaħħarhom għall-linji gwida pastorali li ħarġu dwar l-implimentazzjoni tal-Eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’.

Peress li din l-ittra inxterdet b’mod mhux uffiċjali, kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar jekk hux minnu li l-Papa bagħat l-approvazzjoni tiegħu jew le. Aqra aktar

Knisja fil-qalba tal-Ħamrun tingħata l-grad ta’ Santwarju

Il-Knisja antika magħrufa bħala tas-Samra fil-qalba tal-Ħamrun għadha kif ġiet elevata għal grad pretiġjuż ta’ Santwarju b’digriet tal-Arċisqof ta’ Malta Mons.Charles J. Scicluna wara rikors tal-Kappillan tal-Paroċċa San Gejtanu Dun Walter Cauchi fuq suġġeriment tar-Rettur preżenti Dun Andrew Borg.
Aqra aktar

Send this to a friend