Knisja – Page 3 – One News

Notifiki

Patri Mark Montebello jagħlaq xahar iċċensurat

Tibqa’ tippersisti s-sitwazzjoni ta’ Patri Mark Montebello hekk kif wara xahar, il-kolonna tiegħu fil-gażżetta It-torċa kienet vojta għajr il-kliem “JAGĦLAQ XAHAR IĊĊENSURAT.”

Dan minkejja li l-Arċisqof Charles Scicluna avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana sabiex tinstab soluzzjoni, ftit tal-jiem wara li Patri Mark ġie ċċensurat.

Patri Mark kien ordnat jiskot lura fit-tmienja ta’ Mejju, wara li kkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija li kienet qed tuża sabiex tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

Intant b’reazzjoni għal din iċ-ċensura bosta servew ta’ spalla għal Patri Mark, fosthom Dun Ġorġ Dalli, li waqt il-programm Kalamita kien ħeġġeġ lil Patri Dumnikan ikompli jsemma’ leħnu.

Dalli wkoll kritika d-deċiżjoni tal-Knisja hekk kif tenna li deċiżjoni bħal din tieħu lill-Knisja lura fiż-żmien il-Medju Evu.

Kliem iebes għat-tmexxija fil-Knisja

Ir-retweet tal-Arċisqof, fejn il-Gvern Malti tqabbel mal-mafja, u t-tmexxija tal-midja tal-Knisja qed jiġbdu l-kundanna ta’ iktar membri tal-kleru. Fil-programm Arena, Dun Ġorg Dalli kellu kliem iebes, bir-rappreżentant tal-Kurja jiġġustifika u jispjega fi kliemu l-attitudni tal-Arċisqof.

Aqra aktar

Tiskopri li missierha qassis

Sarah Thomas fl-eta’ ta’ 12-il sena tiskopri li missierha kien qassis kattoliku. Għalkemm fit-tfulija għexet f’akkwata ta’ livell bażiku, tiftakar li kellha żmien sabiħ b’ċelebrazzjonijiet t’għeluq sninha u festi relatati bħal Milied u oħrajn.

Aqra aktar

Il-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat tissokta tappella għad-donazzjonijiet

Permezz ta’ stqarrija l-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja ta’ Ġieżu r-Rabat, qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif għandhom bżonn kull tip ta’ għajnuna finanzjarja biex itaffu mill-ispejjeż li għandhom biex tissewwa l-Knisja ta’ Ġieżu li ġarrbet ħsarat estensivi wara li ċeda parti mis-saqaf.

Huma sostnew li għalkemm se jkunu qed jingħataw għajnuna li ġiet mwegħda mill-Gvern u entitajiet oħra, sfortunatament dan ma jfissirx li dawn se jkunu qed jidħlu għall-ispiża totali tat-tiswijiet u tal-proġett kollu.

Aqra aktar

Ħidma immedjata biex jitneħħa l-periklu

Il-konsegwenzi tal-ħerba li seħħet kmieni l-Erbgħa filgħodu meta fil-ħemda ta’ matul il-lejl sfronda s-saqaf tal-knisja ta’ Giezu fir-Rabat kompla joħroġ fid-deher kmieni l-Ħamis filgħodu meta tnehha l-membrane minn mas-saqaf –  l-uniku materjal li baqa’ ma nizilx mat-terrapien, xorok u travi mnawrin li qerdu għalkollox l-artal fuq il-presbiterju.

Ma’ One News, Patri Martin Coleiro qal li qatt ma’ ħolmu b’din it-traġedja izda ma eskludiex li minn dan kollu l-knisja antika ta’ Ġiezu jkollha wkoll il-koppla tagħha wara mijiet ta’ snin mindu fetħet il-bibien tagħha.

Aqra aktar

Filmat: Jisfronda parti mis-saqaf tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Sorsi fuq il-post qalulna li Fr Martin Coleiro, l-Gwardjan tal-Knisja, ġie assistit minn tabib minħabba x-xokk. Jidher li hemm ħsarat estensivi hekk kif  l-artal tan-nofs tkisser kompletament, u l-artal li fuqu hemm it-tabernaklu xxaqqaq f’ żewġ bnadi iżda jista’ jitranġa.

Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.

Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.Aqra aktar

Send this to a friend