Knisja – Page 2 – One News

Notifiki

“Nixtieq li kulħadd jappoġġa l-ħidma tal-ACN” – L-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali

Dinjitarji, fosthom il-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louis Coleiro Preca, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Joseph Galea Curmi, is-Segretarju tan-Nunzju Appostoliku, Mons. Francesco Javier Diaz Tenza u l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta), Mons. Prof. Hector Scerri, mistiedna u benefatturi tal-ACN (Malta) attendew għat-tnedija tal-14-il edizzjoni tar-Religious Freedom in the World Report li saret nhar is-Sibt, 24 ta’ Novembru 2018 fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton.

Aqra aktar

Ħatra oħra fid-djoċesi ta’ Għawdex.

Hekk kif il-Ħamis li għadda l-Kurja ta’ Għawdex ħatret lil Dun Ġwann Sultana bħala Arċipriet taż-Żebbuġ, issa, il-Monsinjur Carmelo Refalo ħabbar li Dun Michael Galea ser ikun qed jieħu post l-Arċipriet Sultana fil-komunità ta’ Sant Anton fl-inħawi tal-Qaċċa.

Dun Michael Galea huwa mwieled ix-Xagħra u ġie ordnat bħala saċerdot fl-2006 minn taħt idejn l-Isqof Mario Grech.Aqra aktar

Tibdil fid-Djoċesi Għawdxija

Se jkun il-Kanoniku Dun Ġwann Sultana li jieħu t-tmexxija tal-Knisja Arċipretali taż-Żebbuġ Għawdex. Dan wara li l-Arċipriet Rueben Micallef irreżenja mill-uffiċċju bħala Arċipriet tal-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema.Aqra aktar

‘Hija tal-mistħija kif il-Knisja falliet milli tindirizza reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru’- Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li hija tal-mistħija kif il-Knisja Kattolika falliet milli tindirizza b’mod adattat r-reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru. Dan wara li aktar kmieni, il-Prim Ministru Irlandiż wassal twissija iebsa lill-Papa biex jieħu azzjoni kontra l-kleru involut f’abbuż fuq it-tfal.Aqra aktar

Send this to a friend