Knisja | One News

Notifiki

Il-Pulizija ssib numru ta’ patrijiet marbuta u midruba wara attakk fuq knisja fi Vjenna

Minn tal-anqas 15-il persuna ndarbu wara li grupp ta’ persuni daħlu f’monasteru fi Vjenna, l-Awstrija, u serqu xi oġġetti prezzjużi.

L-atakk seħħ fuq il-Knisja ta’ Marija Immakulata fi Vjenna għall-ħabta tas-13:30 l-Ħamis. Jidher li dan dam għaddej sigħat sħaħ qabel mal-Pulizija ntervjenu fil-każ u sabu lil numru ta’ patrijiet marbuta ma’ siġġijiet u midruba.

Dawn ittieħdu l-isptar għall-kura, filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ. Għadu mhux magħruf jekk hemmx xi persuni arrestati.

Il-Knisja ta’ San Nikola fis-Siġġiewi – Knisja li tirrifletti l-istorja ta’ raħal

Wara ħajja devota lejn il-patrun tar-raħal, San Nikola, il-qassis fis-Siġġiewi kien jindifen fil-kennierja tal-knisja parrokjali.  Wara tindif sħiħ ta’ din il-kamra taħt l-art li tħaffret fis-sena 1675 ftit qabel beda l-bini ta’ din il-knisja, għall-ewwel darba l-pubbliku kellu l-opportunità li jidħol fil-kennierja waqt open day tal-knisja parrokjali.

Aqra aktar

“Nixtieq li kulħadd jappoġġa l-ħidma tal-ACN” – L-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali

Dinjitarji, fosthom il-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louis Coleiro Preca, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Joseph Galea Curmi, is-Segretarju tan-Nunzju Appostoliku, Mons. Francesco Javier Diaz Tenza u l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta), Mons. Prof. Hector Scerri, mistiedna u benefatturi tal-ACN (Malta) attendew għat-tnedija tal-14-il edizzjoni tar-Religious Freedom in the World Report li saret nhar is-Sibt, 24 ta’ Novembru 2018 fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton.

Aqra aktar

Ħatra oħra fid-djoċesi ta’ Għawdex.

Hekk kif il-Ħamis li għadda l-Kurja ta’ Għawdex ħatret lil Dun Ġwann Sultana bħala Arċipriet taż-Żebbuġ, issa, il-Monsinjur Carmelo Refalo ħabbar li Dun Michael Galea ser ikun qed jieħu post l-Arċipriet Sultana fil-komunità ta’ Sant Anton fl-inħawi tal-Qaċċa.

Dun Michael Galea huwa mwieled ix-Xagħra u ġie ordnat bħala saċerdot fl-2006 minn taħt idejn l-Isqof Mario Grech.Aqra aktar

Send this to a friend