klieb – Page 5 – One News

Notifiki

Meta l-klieb ta’ kontra d-droga tal-ħabs spiċċaw pets tal-ħabsin….

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li l-akbar problema li għandu l-Partit Nazzjonalista hija dik ta’ kredibilità u din hija akbar fejn tidħol il-ġlieda kontra d-droga fil-ħabs.

Huwa kien qed jirreaġixxi għal diskors li għamel id-deputat kap tal-partit, Beppe Fenech Adami li fih m’għamilx proposta waħda dwar il-forzi dixxiplinati Maltin. Il-Ministru qal li fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra l-klieb li kien hemm il-ħabs biex jaraw li ma tidħolx droga spiċċaw pets tal-ħabsin.

Il-Ministru qal li l-faċilità korrettiva ta’ Kordin għandha tikontribwixxi biex dawk fiha jiġu rijabilitati u meta joħorġu jikkontribwixx lis-soċjetà. Il-gvern huewa kommess li jkompli jtejjeb l-istruttura tal-faċilità b’investiment, management u amministrazzjoni.

Aqra aktar

Numru ta’ vittmi fl-Italja qed jiġu salvati minn klieb eroj

It-terremot tal-Italja, huwa fuq fomm kulħadd iżda ftit huma dawk li jirikonoxxu l-ħidma li għamlu l-kreaturi magħrufin bħala l-ikbar ħabib tal-bniedem. Kienu bosta l-klieb li assistew fit-tfittxija ta’ dawk il-vittmi li għal ħin twil kienu mirdumin taħt it-tifrik li ħalla dan it-terremot, li s’issa ħalla 284 persuna mejta u numru kbir ta’ persuni midruba.

Aqra aktar

Se jmorru jgħinu fl-Italja

USARK9 tal-SOS Malta se jħalli pajjiżna għall-Italja biex jassisti fl-operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ wara t-terremot li seħħ f’Umbria.
It-tim mistenni jasal l-Italja għada biex jagħti l-għajnuna meħtieġa. Fi stqarrija, SOS Malta qalu li jinsabu grati għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni li qed tkun offruta f’din il-missjoni ta’ emerġenza li se tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha wara li kien stabbilit dan il-Unit fl-2015.
Intant, SOS Malta tinsab f’kuntatt dirett mal-uffiċju internazzjonali Malti biex isegwi dak kollu li jkun għaddej.

Żgur mhux każ tipiku ta’ kelb u qattus

Għal tnejn li jiġġieldu l-ħin kollu ngħidu dawk qishom kelb u qattus. Iżda, ir-ritratt li tela’ fuq facebook dalgħodu u ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna żgur iġib fix-xejn din il-frażi li tant nużaw.

Kelba tidher tħalli żewġ qtates żgħar jixorbu l-ħalib biex hekk ħadu dak li kellhom bżonn biex jibqgħu jgħixu. Vera każ tal-ġmiel tan-natura. Aqra aktar

Send this to a friend