klieb – Page 2 – One News

Notifiki

Ħamest iklieb jiżdiedu mal-Korp tal-Pulizija

Lejn l-aħħar ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, it-taqsima tal-klieb maghrufa bħala l-K9 kellha ż-żieda wara li kelba veterana welldet sebat iġriewi.

Ħamsa minnhom, Kira, Tuzzi, Janco, Sky u Chase, irnexxielhom itemmu  b’suċċess il-programm kollu ta’ taħriġ fix-xogħol pulizjesk, u llum bdew bil-ħidma tagħhom biex jipproteġu lill-pubbliku.

Is-Surġent Matthew Attard, mit-Taqsima tal-K9 esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-success ta’ dan il-programm.Aqra aktar

“Kif tista’ persuna tasal tagħmel xi ħaġa hekk?” – Carol Spiteri

“B’dispjaċir kbir, jien u s-sieħba tiegħi kellna ngħaddu mill-aktar ħolma kerha li dawk li jħobbu l-annimali jistgħu jgħaddu minnha. It-tliet iklieb mill-isbaħ tagħna, Maya, Bobby u Triksie inqatlu innoċentament minn xi persuna li m’għandiex il-kuraġġ taffaċċja lilna u minflok qatlet l-‘itrabi’ tagħna.”

Kienet din ir-reazzjoni emozzjonanti ta’ Carol Spiteri, wieħed mis-sidien tal-klieb li lbieraħ instabu mejta bi ħdax-il tir f’garaxx f’Ħal Għaxaq mis-sidien tal-istess garaxx.

Aqra aktar

Isibu tlett iklieb maqtula bi ħdax-il tir fil-garaxx f’Ħal Għaxaq

Il-Pulizija bħalissa qed tinvestiga s-sejba ta’ tlett iklieb mejta bi ħdax-il tir li nstabu f’garaxx f’Ħal Għaxaq mis-sidien tal-istess garaxx.

It-tlett iklieb, Bobby, Maya u Trixie nstabu mis-sidien tal-klieb fil-garaxx fejn kienu jinżammu, dan hekk kif sfaw maqtula bi ħdax-il tir minn persuna jew persuni mhux magħrufa, li qabżu l-grada li tagħti għall-istess garaxx u ħallew lit-tlett iklieb għal mewt f’għadira demm.

Aqra aktar

Ħames belgian sheperds illum saru surġenti

  • Il-protezzjoni u t-tfittxijiet għall-isplussivi mill-Pulizija imsaħħa b’ħames belgian shepherds wara programm ta’ in-house breeding &  training

Il-Korp tal-Pulizija illum laqa ħames membri ġodda fil-grad ta’ surġenti b’differenza. Ħamest iklieb tar-razza Belgian Shepherd magħrufa bħala Malinois, ingħaqdu mat-Taqsima tal-Klieb fil-ħidma tal-Pulizija favur il-protezzjoni taċ-ċittadin u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

Il-klieb bl-isem ta’ Kira, Janco, Sky u Tuzzi huma mħarrġa u se jingħaqdu mas-sezzjoni tat-tfittxijiet għall-isplużjonijiet filwaqt li l-kelb l-isem ta’ Chase huwa mħarreġ u se jkun qed jaħdem bħala kelb tal-protezzjoni.

Aqra aktar

Irid isalva l-klieb kollha tad-dinja

Ryan Anderson, ġuvni Awstraljan li jgħid li hu l-iktar persuna li jħobb il-klieb u juri dan billi ta kull jum isalva klieb minn sitwazzjonijiet diffiċli.

“Il-fultajm tiegħi hu li nsalva l-klieb u hi karriera li ma nibdel ma xejn. Din hi l-passjoni tiegħi u kif ukoll il-passatemp. Ħajti kompluta bis-saħħa tal-klieb,” qal dan Anderson.

Aqra aktar

Jekk għandek kelb, aqra din biex tifhem kif se taffetwak il-liġi

Regolamenti ġodda fl-Animal Welfare Act jikkonċernaw klieb li jinżammu marbuta.

Ħaġa li spiss narawha f’xenarju Malti, u fil-qilla tas-sajf jaf issir sitwazzjoni ta’ moħqrija.

Għalhekk fil-Parlament kien approvat abbozz ta’ liġi biex jemenda l-att dwar it-trattament xieraq tal-annimali. L-iktar emenda sinnifikanti hi li ebda persuna m’għandha żżomm kelb marbut, jew iġġiegħel lil kelb ikun marbut, maqful b’katina jew imrażżan ma’ xi oġġett stazzjonarju bħala mezz ta’ għeluq.

Aqra aktar

FILMAT: Ħidma tal-Pulizija li ma tidhirx

Tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li pajjiżna bħalissa għandu t-tmum tagħha, il-ħidma tal-Pulizija Maltija tkompli bl-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà.

F’dan il-filmat is-Surġent Christoper Formosa jispjega li l-maġġoranza tal-ħidma tal-Pulizija ssir minn wara l-kwinti, b’impenn u dedikazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend