klieb – One News

Notifiki

ARA : Żewġt iklieb salvati min-nirien f’Tas Sliema

Żewġt iklieb li kienu f’bitħa ta’ dar biswit l-ispiżerija li nqerdet bin-nirien fi Triq Rudolfu f’ Tas Sliema ħelsuha ħafif wara intervent tal-Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u xi membri tal-Animal Welfare.

Iż-żewġt iklieb, li jidhru fil-filmat ħerġin qawwijin u sħaħ flimkien ma’ sidhom, inħarġu min-nirien wara li kienu f’bitħa ta’ binja li kienet milquta mill-istess nirien. Hu mifhum li flimkien ma’ dawn iż-żewġt iklieb inħarġu xi annimali oħra minn residenzi fil-viċin, fosthom xi qtates u pappagall li kollha ġew eżaminati mill-uffiċjali tal-Animal Welfare.

Għal iżjed dettalji dwar in-nirien li ħakmu l-ispiżerija f’ Tas Sliema segwi dan il-link:

FILMAT: Ħamsa l-isptar wara li nirien ħakmu żewġt iħwienet f’Tas-Sliema

Ħamest iklieb jiżdiedu mal-Korp tal-Pulizija

Lejn l-aħħar ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, it-taqsima tal-klieb maghrufa bħala l-K9 kellha ż-żieda wara li kelba veterana welldet sebat iġriewi.

Ħamsa minnhom, Kira, Tuzzi, Janco, Sky u Chase, irnexxielhom itemmu  b’suċċess il-programm kollu ta’ taħriġ fix-xogħol pulizjesk, u llum bdew bil-ħidma tagħhom biex jipproteġu lill-pubbliku.

Is-Surġent Matthew Attard, mit-Taqsima tal-K9 esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-success ta’ dan il-programm.Aqra aktar

Send this to a friend