kimiku – One News

Notifiki

Sitta jinqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku fiċ-Ċina

Sitt persuni nqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku f’Yancheng fil-Lvant taċ-Ċina.  Dan filwaqt li 30 persuna ndarbu fl-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tat-3:00pm, ħin tal-post.

L-isplużjoni kienet ikkawżata minn nirien li ħakmu fabbrika li tagħmel il-fertilizzant. Intant, fl-istess ħin li seħħet l-isplużjoni, kienet irrapurtata theżżiża.

GRAFIKU: Il-weġgħa ta’ missier li ra lil uliedu tewmin imutu quddiemu

F’ġurnata tilef lit-tewmin tiegħu ta’ disà xhur, lil ħuħ u lin-neputijiet tiegħu. Tilifhom quddiem għajnejh fi ftit ħin wara li spiċċaw vittmi ta’ attakk kimiku bla ebda ħtija. F’dan il-filmat jidher iżomm lil uliedu, bla ħajja.

Iżda minkejja li dan il-missier irnexxilu jsalva xorta waħda qed iħoss uġigħ, uġigħ li ma minkejja li prova ma rnexxilux jsalva l-ħajja tal-qraba tiegħu. Bħal dan il-missier, eluf oħra qed jgħaddu mill-istess trawma. Wieħed irrid jimmaġina l-mument li tkun tixtieq issalva lil uliedek fost oħrajn, iżda ma tistax.

Aqra aktar

Ir-Russja tipprepara ruħha…

Il-gvern Russu nieda eżerċizzju ta’ taħriġ fuq id-difiża ċivili tan-nazzjon, biex jiżgura il-pajjiż ikun preparat kif jixraq fil-każ tal-użu ta’ armi kimiċi u nukleari, u attakk bioloġiku mill-Punent.

Qiegħda teskala t-tensjoni internazzjonali, b’mod partikolari dwar l-aġir tar-Russja fis-Sirja. L-istazzjon Zvezda TV, immexxi mill-Ministeru Russu għad-Difiża, sostna l-ġimgħa li għaddiet li “skizzofreniċi Amerikani qiegħdin itejjbu armamenti nukleari kontra Moska”.

F’eżerċizzju li beda lbieraħ u li jdum tliet’ijiem, se jkunu nvoluti 200,000 persuna fil-qasam tal-emerġenza u erbgħin miljun persuna ċivili.

Aqra aktar

Send this to a friend