Kim Jong Un – One News

Notifiki

Jista’ jkun hemm summit ieħor bejn Trump u Kim

Il-midja tal-istat qalet li wara ż-żjara sorpriża fiċ-Ċina, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un telaq bl-appoġġ tal-possibilità ta’ tieni summit mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Trump u Kim iltaqgħu f’Ġunju li għadda, iżda l-progress fuq id-denuklearizzazzjoni waqaf.

L-aġenzija tal-aħabrijiet Xinhua qalet li l-President Ċiniż Xi Jinping qal li qed jittama li ż-żewġ mexxejja jiltaqgħu nofs triq.

Iċ-Ċina hija l-ikbar alleat tal-Korea ta’ Fuq u msieħeb kruċjali fin-negozju.

Kim Jong-un bi żjara mhux imħabbra fiċ-Ċina

Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un wasal f’Beijing għal żjara mhux imħabbra uffiċjalment, fuq stedina tal-President Ċiniż,Xi Jinping. Kim se jkun fiċ-Ċina sal-10 ta’ Jannar flimkien ma’ martu, Ri Sol-ju.

Iż-żjara qed issir fost rapporti li qed isiru negozjati għat-tieni summit bejn Kim u l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

It-tnejn li huma ltaqgħu l-ewwel darba f’Ġunju li għadda.

Is-summit bejn Trump u Jong-un se jsir fil-gżira ta’ Sentosa

Il-laqgħa ferm mistennija bejn il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un se ssir f’lukanda fil-gżira ta’ Singapor, Sentosa.

Dan ikkonfermatu l-White House b’rabta mas-summit storiku li mistenni jsir fit-tnax ta’ Ġunju.

Summit li se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu bejn mexxej tal-Korea ta’ fuq u President tal-Istati Uniti.

Trump qal li l-pjanijiet s’issa sejrin kif mixtieq.

Send this to a friend