kim jong-nam – One News

Notifiki

Jitkellem it-tifel ta’ Kim Jong-nam

Kien żvelat filmat ta’ iben Kim Jong-nam, li huwa ħu l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.

Fil-filmat qasir, l-iben jgħid li ismu huwa Kim Han-sol, mill-Korea ta’ fuq, parti mill-familja Kim.

Jgħid li huwa jinsab flimkien ma’ ommu u oħtu imma m’hemmx dettalji tad-data jew il-post fejn jinsab.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: “Jien kont vittma ta’ konfoffa”

Il-Malażja ssospendiet lill-ambaxxatur għall-Korea ta’ Fuq minħabba l-qtil ta’ ħu d-dittatur tal-Korea ta’ Fuq.

L-ambaxxatur Kang Chol ingħata tmienja u erbgħin siegħa ċans biex jitlaq mill-Malażja.

Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl li l-Korea ta’ fuq qalet li ma tistax tafda l-Malażja bl-investigazzjoni dwar l-istess każ.

Aqra aktar

Kim Jong-nam għamel 20 minuta muġugħ qabel miet

Kim Jong-nam, ħu l-mexxej tal-Korea ta’ fuq ingħata ammont kbir ħafna ta’ kimika tossika u miet bl-uġiegħ f’perjodu ta’ bejn ħmistax u għoxrin minuta.

Dan intqal mill-ministru għas-saħħa tal-Malasja.

Intant Kim Jong Nam miet il-ġimgħa l-oħra wara li żewg nisa avviċinaw lir-raġel u tefgħulu likwidu, f’waħda mis-swali li hemm fl-ajruport internazzjonali ta’ Kuala Lumpur.

Imfittex uffiċjal tal-Ambaxxata tal-Korea ta’ Fuq b’rabta mal-qtil ta’ ħu Kim Jong-un

Il-Malasja qed tistaqsi lill-Korea ta’ fuq għal għajnuna biex ifittxu lill-uffiċjal tal-ambaxxata li x’aktarx għandu konnessjoni mal-qtil ta’  Kim Jong-nam, ħu Kim Jong-un.

Hjon Kwang Song hu wieħed fost tliet persuni li qed jiġi mfittex b’rabta ma’ dan il-każ, fejn fosthom hemm ukoll impjegat tal-linja tal-arju tal-istat.

Aqra aktar

Tfittxija għal erba’ persuni suspettati bi qtil

Fil-Malażja qiegħda ssir tfittxija għal erba’ persuni supettati li għandhom x’jaqsmu mal-mewt ta’ Kim Jong-nam, ħu l-mexxej attwali tal-Korea Ta’ Fuq.

Dan fl-istess waqt li ntalbet ukoll ir-rappreżentant tagħha fi Pyongyang, il-kapitali tal-Korea Ta’ Fuq, biex għalissa jirritorna pajjiżu.

Aqra aktar

Send this to a friend