kiev | One News

Notifiki

It-tazza taċ-Champions League tibqà fi Spanja għat-tielet sena

Għat-tielet sena konsekuttiva, Real Madrid huma r-rebbieħa taċ-Champions League.Dan hekk kif is-Sibt filgħaxija fi Kiev, it-tim Spanjol għeleb lil dak Ingliż ta’ Liverpool bl-iskor ta’ tlieta b’wieħed.

Kien Benzema li fetaħ l-iskor fil-51 minuta hekk kif il-goaler ta’ Liverpool Karius tefa l-ballun f’saqajn il-Franċiż. Erba minuti wara, Mane ġab id-dro għal Liverpool u reġa qawwa l-qlub tal-partitarji tat-tim Ingliż. Biex imbagħad fl-erbgħa u sittin minuta, Bale skurja b’rabuxxata u reġa poġġa lil Madrileni fil-vantaġġ.

U kien l-istess Bale li seba minuti qabel tmiem il-logħba ssiġġilla r-rebħa, hekk kif ixxuttja minn sebgħa u għoxrin metru ‘l barra mil-lasta, b’Karius jagħmel żball ieħor u ma jżommx il-ballun. B’dir-rebħa, Real Madrid rebħu l-kompetizzjoni taċ-Champions League għat-tlettax-il darba minn sittax-il darba li waslu sal-finali.

Dan filwaqt li din kienet it-tmien darba li Liverpool waslu sal-finali, fejn rebħu ħamsa minnhom, bl-aħħar waħda tkun fl-2005.

Claudia Faniello llejla fuq il-palk fi Kiev

Ix-xahar ta’ Mejju ta’ kull sena huwa marbut fost l-oħrajn mal-Eurovision Song Contest.

Din is-sena, għalkemm forsi ma ssemmiex daqs is-soltu minħabba li x-xena politika ddominat l-aħħar jiem ta’ pajjiżna, bla dubju li llejla l-pubbliku Malti u Għawdxi kollu se jkun qed jissaportja lil pajjiżna.

Il-prestazzjoni tal-kanzunetta ‘Breathlessly’ kantata mir-rappreżentanta Maltija Claudia Faniello, se titkanta fir-raba’ post tas-semi finali tal-lejla.

Dan huwa t-tieni semi finali tal-Eurovision, bl-ewwel wieħed sar nhar it-Tlieta li għadda. Matulu intgħażlu għaxar kanzunetti minn tmintax, għall-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Aqra aktar

Claudia Faniello mhux deċiża x’se tilbes fuq il-palk

Hekk kif ninsabu biss ftit jiem ‘il bogħod mill-ewwel serata tal-Eurovision fi Kiev, one.com.mt tkellem mal-kantanta li qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta tagħha ‘Breathlessly’. Faniello spjegatilna li l-preparamenti għaddejjin ġmielhom biex Malta jkollha prestazzjoni mill-aqwa iżda d-deċiżjoni ta’ liema libsa se tkun qed tilbes fis-semifinali għadha mhux finali. Il-kantanta Maltija spjegatilna li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar liema libsa se tkun qed tintliebes fis-semifinali. Lil Claudia fil-provi rajniha b’ilbiesi ċari u li l-istil tagħhom huwa simili ħafna għal dak li rajniha bih f’Malta meta ngħatat it-trofew.

Aqra aktar

ARA HAWN lil Claudia Faniello waqt it-tieni prova f’Kiev

Illum kien imiss biex issir it-tiena prova tal-kanzunetti li se jieħdu sehem fil-Eurovion Song Contest, li se jkun qed isir f’Kiev, b’Breathlessly tkun fosthom.

Huma bosta li jinsabu ferm eċitati biex propju ftit tal-jiem oħra jaraw lil Claudia fuq il-palk f’Kiev tkanta u tirrappreżenta l-gżejjer Maltin.

L-ewwel fażi tal-Eurovision Song Contest, li Malta se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semi finali, se jkun qed isir fil-11 ta’ Mejju. Claudia se tkun qed tkanta fil-ħames post bil-kanzunetta ‘Breathlessly.”

Ara t-tieni prova hawn isfel.

Aqra aktar

Send this to a friend