kera | One News

Notifiki

Il-kumpanija tal-avjazzjoni Medavia bi kliem pożittiv għall-White Paper tal-Gvern dwar is-suq tal-kera

Il-kumpanija tal-Avjazzjoni Medavia kellha kliem pożittiv għall-proposti mħabbra mill-gvern fil-white paper dwar is-suq tal-kera.

Dan fl-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika mas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes dwar il-white paper li għandha l-għan li tibda tirregola s-suq tal-kera.Aqra aktar

Il-White Paper dwar il-kera tasal għand l-MDA

Il-White Paper fuq is-suq tal-kera tidentifika faxxa ta’ nies li ma jaqgħux taħt il-parametri ta’ housing soċjali iżda li xorta qed isibuha diffiċli li jsibu propjetà biex isservi ta’ residenza. Għal dan il-għan, il-Gvern qed jaħdem fuq il-kunċett imsejjaħ ‘housing affordabbli’, biex tiżdied il-provvista ta’ bini li jkun affordabbli għal dawn il-familji. Aqra aktar

L-Imsieħba Soċjali jilqgħu b’sodisfazzjon il-proposti dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera

Ikomplu r-reazzjonijiet pożittivi dwar il-pubblikazzjoni tal-white paper li tirregola s-suq tal-kera.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għad-dokument, il-Caritas laqgħet b’sodisfazzjon il-prinċipji fid-dokument fosthom ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kera, id-depożitu tal-kera li jrid jiġi ddikjarat kif ukoll l-inventarju. Il-caritas laqgħet ukoll il-propsta għall-inċentivar ta’ kuntratti fit-tul b’żieda stabbilità u aċċess regolat għas-servizzi tad-dawl u l-ilma. Aqra aktar

Ara l-miżuri dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera

Dalgħodu tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-White Paper dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera. Waqt it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-settur, Roderick Galdes, qal li l-għan tal-White Paper hu li s-suq tal-kera jkun wieħed iktar stabbli. Din il-White Paper tiffoka fuq kirjiet residenzjali u mhux short lets jew kirijiet kummerċjali.

Aqra aktar

Se jitħabbru miżuri dwar is-suq tal-propjetà fil-Baġit li ġej

In-numru ta’ familji li jistgħu jsejħu lilhom infushom sidien ta’ djarhom żdied b’aktar minn 12,000 familja, biex issa ftit anqas minn 80% tal-familji Maltin għandhom id-dar tagħhom.

Ċifrji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ististika juru li tul dawn l-aħħar ħames snin ta’ Gvern Laburista, ir-rata ta’ persuni li jgħixu mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi kompla dejjem jonqos, biex minn numru li jlaħħqu €40,000 issa din iċ-ċifra niżlet għal 11,000.Aqra aktar

“Taqgħux għall-provokazzjoni, ir-risposta hija r-rieda t-tajba”

Pajjiżna hu mibni fuq l-għaqal, il-bżulija, il-flessibilità, li jaħseb għalih innifsu biex ikun aqwa u aħjar minn pajjiżi oħra. Din hija d-differenza bażika dwar fejn irid imur il-pajjiż fis-snin li ġejjin, qal il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt attivita politika fiċ-Ċentru Laburista ta’ Raħal Ġdid.

Hemm differenza ċara ta’ viżjoni, min jemmen li dan huwa pajjiż normali, u min bħalna jemmen li dan huwa pajjiż li jista’ jagħmel ferm iktar milli jaħseb ħaddieħor u minkejja s-suċċessi kollha li kiseb, l-aħjar jiem tiegħu għadhom iridu jisbħu.

M’għandniex nikkuntentaw b’li għandna llum għaliex dik hija l-idea tal-medjokrità. L-idea ta’ Gvern Laburista huwa bil-maqlub. Muscat sostna li l-viżjoni tal-Gvern hija ta’ pajjiż li jista’ jikseb dak li fuq il-karta huwa impossibli li jinkiseb. Dan hu evidenti f’ dak li kiseb il-gvern fl-aħħar 4 snin – pajjiż li mhux talli “tema’ lill-uliedu imma li qed jitma’ lil ulied ħaddieħor miegħu”.

Aqra aktar

Send this to a friend