kelb – One News

Peter, il-kelb tad-Dwana jaqbad passiġġier iġorr aktar minn €26,000 mhux iddikjarati

L-Uffiċjali tad-Dwana qabdu passiġġiet iġorr aktar minn €26,000 waqt tftittxija fis-sala tat-tluq mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus u t-Taqsia tal-Klieb, fuq titjira lejn Tunis.
Fi stqarrija, id-Dwana Maltija qalet li Peter, wieħed mill-klieb tagħha, innota li wieħed mill-passiġġieri jista’ jkun kien qed iġorr ammont sostanzjali ta’ flus kontanti. Il-Libjan kien mistoqsi kemm kien qed iġorr flus fuqu, u għall-ewwel wieġeb li kellu €9,000.
Wara tfittxija fuqu, €11,000 ġew elevati mill-bagalji tiegħu u €15,000 kienu moħbija fil-ħwejjeġ ta’ taħt tiegħu. Il-Pulizija ġew mgħarrfa dwar dan u l-passiġġier spiċċa arrestat għal aktar investigazzjonijiet, u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard it-Tnejn.

Id-Dwana fakkret li għalkemm passiġġier għandu dritt jivvjaġġa b’kemm ammont ta’ flus jixtieq, wieħed huwa obbligat bil-liġi jiddikjara dan jekk l-ammont jaqbeż l-€10,000 flus kontanti.

Jerome isib familja wara 12-il sena f’santwarju tal-annimali

Jerome, kelb li għal dawn l-aħħar 12-il sena kien qed jinżamm fis-santwarju Noah’s Ark, sa fl-aħħar sab familja li kienet lesta tadottah u ttih l-imħabba kollha tagħha.

Fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, is-santwarju qal li dan huwa jum speċjali ħafna għal Jerome, li se jibda’ kapitlu tant mistenni fil-ħajja tiegħu.

Awguri, Jerome!

Is-Surġent Axe iħeġġeġ il-prudenza

Fi status ħelu mill-Korp tal-Pulizija fuq il-paġna tagħhom fuq facebook, ittella’ messaġġ ta’ prudenza għal dawn il-jiem fejn il-kelb bit-titlu ta’ Surġent Axe jħeġġeġ biex nipprevenu flok nassistu.

Aqra aktar

FILMAT: Buddy jisraq ix-xena dalgħodu bħala mistieden speċjali fuq ONE Breakfast

Buddy kien il-mistieden speċjali tagħna dalgħodu fuq ONE Breakfast, wara li l-Ħadd waranofsinhar instab waqt tfittxija intensiva għalih. Buddy kien ilu ġimgħat sħaħ nieqes, u sidu wera sodisfazzjon kbir għall-fatt li nstab, u għall-fatt li diversi persuni taw sehemhom fit-tfittxija.

Iltaqa’ ma’ Buddy u ma’ sidu billi ssegwi dan il-filmat:

FILMAT: Buddy jinstab!

Il-kelb li ilu mitluf għall-aħħar jiem u ġab flimkien bosta Maltin biex jinstab, Buddy, instab il-Ħadd waranofsinhar u qiegħed għand familtu fil-ġdid. Dan tħabbar fuq il-midja soċjali hekk kif instab il-kelb.

Buddy nstab jiem biss wara li deher fl-inħawi tal-impjant tal-Wasteserve, fejn gruppi ta’ persuni daru madwar l-inħawi b’apparat speċjali biex jinstab il-kelb.Aqra aktar