każ | One News - Part 2

Notifiki

KAŻ SOLVUT

Għada mistenni jitressaq raġel ta’ 36 sena residenti Birkirkara l-Qorti b’rabta mad-daqqiet ta’ sikkina li ġuvna qala’ fis-sigħat bikrin tal-bieraħ.

Roderick Grech ta’ 26 sena minn-Naxxar indarab gravi wara li qala’ d-daqqiet għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu.Dan seħħ  fi Triq Tumas Fenech, f’Birkirkara, li tidher fir-ritratt.

Il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit sabu r-raġel li kien ferut u ttieħed Mater Dei.

Aqra aktar

Somalu jsofri ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet b’arma bil-ponta fil-Marsa

Somalu ta’ 22 sena residenti Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet b’arma bil-ponta wara argument li eskala fil-Marsa.

Kien għall-ħabta tas-18:30 ta’ filgħaxija meta l-Pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta u kif ukoll dawk mir-Rapid Intervention Unit marru minnufih fil-post indikat lilhom, fejn kif waslu sabu raġel li kien ferut.  Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra ferita t’arma li taqta’ u bil-ponta wara allegat argument.

Il-każ seħħ f’Xatt il-Mollijiet fil-Matsa

Aqra aktar

Ordnat li l-każ ikompli jinstema’

Qorti tal-appell Kriminali ordnat li każ ta’ attentat ta’ qtil li jmur lura għall-2007, jkompli jinstema’, wara li ġew miċħuda numru ta’ eċċezzjonijiet mitluba mill-akkużat.

Daniel Felice mill-Għarb kien akkużat li lura fl-2007 spara u pprova joqtol lill-Ingliż Sean Holmes.

Meta seħħ il-każ, il-Pulizija kienet sabet li Holmes kien qed jitlef ħafna demm minn feriti kkawżati minn tliet tiri.

Aqra aktar

Tiftakruha l-koppja tibki fuq Xarabank li sawtuhom il-Pulizija? Il-Qorti llum tat raġun lill-Pulizija

Il-koppja żagħżugħa tibki fuq Xarabank kienet għamlet impressjoni f’każ li jmur lura għal Ġunju tal-2015. Sentejn wara, il-Qorti ħelset lil żewġ kuntistabbli tal-Pulizija minn kull akkuża.
It-tfajla u ġuvni kienu allegaw li sawtuhom il-kuntistabbli David Camilleri u Mark Tonna tar-Rapid Intervention Unit, meta kienu fit-triq tal-Imġarr. Filwaqt li t-tfajla rrakkontat li ż-żewġ Pulizija sawtuhom, l-ispettur  l-ispettur Sandro Camilleri kien irribatta l-allegazzjonijiet fil-programm ta’ ġimgħa wara. Dak iż-żmien il-Police Officers’ Union kienet għadha fil-bidu tagħha.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech illum ma sabet lill-Pulizija ħatja ta’ ebda reat u illiberatom minn kull akkuża.
L-ispettur Sandro Camilleri millewwel irreaġixxa.

Il-Pulizija tfittex aktar rabtiet bejn każ u ieħor

Fil-karozza ta’ Romeo Bone, li nhar it-Tnejn kienet l-aħħar minn sensiela li spiċċaw sploduti permezz ta’ bomba, instabu kemm droga kif ukoll armi. Ikkonfermaw dan mal-gazzetta KullĦadd imkejjen qrib l-investigazzjoni li, filwaqt li qagħdu lura ħafna milli jagħtu dettalji f’mument meqjus bħala kritiku għall-investigazzjoni, fissru kif din is-sejba hija ħolqa żgħira oħra f’investigazzjoni kbira li tinsab għaddejja. Bone, li għandu rekord kriminali, spiċċa tilef iż-żewġ saqajn u sofra ġrieħi gravi oħra.

Tagħrif miksub minn imkejjen differenti fil-Korp tal-Pulizija jgħid li l-investigaturi għandhom idea tajba ħafna ta’ x’qiegħed jiġri u min jistgħu jkunu l-klikek ta’ kriminalità involuti fil-każ. Iżda mhux dejjem huwa faċli li wieħed iressaq in-nies il-Qorti, speċjalment meta l-imħuħ kriminali u professjonali ftit li xejn ikunu ħallew traċċi. Wieħed irid jikkunsidra wkoll li, f’pajjiż bħal tagħna, il-pulizija taħdem f’qafas ta’ liġijiet ta’ pajjiż ċivilizzat.

Aqra aktar

Spara u mar jinħasel…il-konsegwenzi rahom fl-aħbarijiet

  • Il-Prosekuzzjoni tal-każ ta’ Deniro Magri, li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Sylvester Farruġia fil-Marsa fit-12 ta’ Frar, intqal li fi stat ta’ paniku, l-akkużat ma rrappurtax dak li kien ġara lil Pulizija, iżda mar fir-residenza tal-ġenituri tiegħu biex ibiddel u jinħasel u sar jaf li laqat lil Farruġia mill-aħbarijiet.

Aqra aktar

Il-każ Capital One għand il-Europol

Il-każ Capital One, fejn jissemma b’mod prominenti l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, se jispiċċa investigat mill-Europol, l-aġenzija Ewropea tal-Infurzar tal-liġi u li tinvestiga l-kriminalità internazzjonali u t-terroriżmu.

Aqra aktar

JINSTAB XHUD FIL-KAŻ TAL-GĦALLIEMA LI NTBAGĦTET IL-ĦABS

Żvilupp fil-każ tal-mara li ntbagħtet ħames snin ħabs wara li nstabet ħatja li tajret żewġ anzjani, li wieħed minnhom miet. Fil-Qorti l-mara kienet l-uniku xhud u wara s-sentenza deskritta minn ħafna bħala waħda iebsa beda jsir appell biex jekk xi ħadd ra l-aċċident jew jaf xi ħaġa jitkellem.

Aqra aktar

Send this to a friend