katavru | One News - Part 2

Notifiki

JITTELLA’ KATAVRU TA’ RAĠEL MILL-BAĦAR F’WIED IL-GĦAJN

one.com.mt huwa infurmat li l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit flimkien mal-Forżi Armati ta’ Malta tellgħu katavru ta’ raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, mill-bajja tal-Fajtata, Wied il-Għajn.

Fuq il-blat kien hemm id-demm u l-mobajl tar-raġel filwaqt li fuqu kellu mazz ċwievet.
Aqra aktar

FILMAT: dalgħodu fiż-Żonqor meta sabu katavru ta’ mara

Għadu mhux identifikat il-katavru ta’ mara li nstab kmieni llum fiż-Żonqor. Il-Pulizija għadha kemm ikknofermat mill-ġdid li ma tafx l-identità tal-persuna li nstabet għall-ħabta tas-07:30 mill-Forzi Armati stess.

Mhux magħruf lanqas jekk hux reltatat mal-anzjana li l-bieraħ waqgħat il-baħar f’Tas-Sliema, u li għadha mhix identifikata.

Aqra aktar

Jinstab katavru fil-Marsa

Instab katavru ta’ raġel ta’ karnaġġjon skura taħt il-pont Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija kienet informata b’din is-sejba għall-ħabta tal-16:00 illum. Ma jidhirx li kien hemm sinjali ta’ vjolenza fuq ir-raġel jew ċirkostanzi suspettużi, madanakollu l-Pulizija qed tinvestiga u infetħet inkjesta maġisterjali.

AĠĠORNATA: Identifikat l-katavru li nstab mejjet fil-baħar f’Wied il-Għajn

Dalgħodu għall-ħabta tal-10.30a.m, intlemaħ katavru ta’ sess maskili f’wiċċ il-baħar fil-Munxar, limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala. Minnufih issejħet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li permezz tal-Melita 1 marru fuq il-post.  Hemmhekk ġie innutat katavru, li ttella’ fuq il-dgħajsa u ddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben.

Matul l-operazzjoni, raġel mar fuq il-post u informa lill-Pulizija li l-katavru seta’ kien ta’ missieru li kien niżel jgħum fiż-żona kmieni filgħodu. Aktar tard huwa ddentifika li kien missieru, wara li ngħata deskrizzjoni tal-katavru li nstab.

Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa aktar dawl fuq il-każ.

Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.Aqra aktar

Hemm 3,000 katavru fil-Mediterran, u dan bejn Jannar u Ġunju biss

Ċifri tal-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni juru realtà xokkanti li teżisti xiber ‘l bogħod minna.

Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena kienu iktar minn 3,700 immigrant li tilfu ħajjithom bi 3,000 minnhom sabu qabarhom fil-baħar Mediterran.

Konxji mill-fatt li r-rotta bejn l-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa hija l-aktar waħda mfittxija mill-immigranti li jagħżlu li jagħmlu l-vjaġġ ta’ ħajjithom biex ikollhom futur aħjar, dawn il-figuri xorta juru sitwazzjoni traġika umanitarja.

Filfatt fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, in-numru ta’ immigranti li tilfu ħajjithom żdied bi tlieta u għoxrin fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Saħansitra jekk inmorru lura lejn l-2014, dan in-numru aktar milli rdoppja.

Aqra aktar

IKKONFERMATA: il-katavru misjub fir-Ramla huwa ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena

Il-Pulizija ikkonfermat li l-kadavru li nstab nhar l-20 ta’ Lulju ġie identifikat bħala Ungeriż ta’ 17- il sena li nhar il-15 ta’ Lulju 2016, ma telax lura waqt li kien qiegħed jgħum ġewwa Marsalforn.

It-tfittxija għal Bence Murinai saret l-aktar fl-inħawi ta’ Għar Qawqla f’Marsalforn, għaliex kien hemm li niżel jgħum l-aħħar ma’ ħuh ta’ 15-il sena. Iż-żagħżugħ kien liebes malja blu u għaldaqstant kienet iżjed diffiċli għall-membri tas-salvataġġ isibuh.

Aqra aktar

Beritta kruċjali biex jinstab il-Ġermaniż

Beritta kienet kruċjali biex instab il-katavru ta’ Mike Mansholt. Is-sejba saret iktar kmieni llum f’Ħad Dingli wara jiem ta’ tfittxija li fihom kienu involuti l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Emanuel Psaila, uffiċjal fid-Dipartiment, spjegalna l-proċess ta’ sweep search u x’jiġri qabel jittella’ l-katavru.
Aqra aktar

Send this to a friend