katavru | One News

Notifiki

Nhar il-Ħadd li ġej se jkun hemm katavru espost fid-Domus Romana

Il-‘katavru’ ta’ aristokratiku Ruman ġie espost għall-pubbliku f’parti prominenti tad-Domus Romana, ir-Rabat, Malta. Il-funeral li se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Frar, se jitlaq mid-Domus u jipproċedi lejn il-Katakombi ta’ San Pawl għad-difna. Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jieħu sehem waqt l-aħħar vjaġġ ta’ dan iċ-ċittadin Ruman u jipparteċipa fl-attivitajiet varji li qed jiġu organizzati għall-Mortem.

Aqra aktar

Aġġornat bil-filmat: Identifikat il-katavru tal-mara li ttella’ mill-baħar viċin Għar Lapsi

 

 

Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ katavru ta’ mara li nstab fil-baħar qrib Għar Lapsi, fis-Siġġiewi.

Il-katavru ġie identifikat bħala dak ta’ Josephine Cassar ta’ 51 sena mill-Gżira.

Hija kienet irrapurtata nieqsa s-Sibt, fejn l-aħħar li dehret kien għal ħabta tad-09:30.Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat

L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat juru li għadha kif tneħħiet il-vettura li kienet qed tintuża minn Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif issa ttieħdet biex isiru aktar eżaminazzjonijiet iddettaljati. 
Ix-xena tar-reat għadha waħda ppreservata, bl-investigaturi jwesggħu ż-żona ta’ fejn qed issir l-investigazzjoni fuq iż-żona tal-Maswar.

Aqra aktar

Tieqaf ħesrem it-tfittxija għall-Franċiż wara s-sejba tal-katavru

Sorsi fil-Forzi Armati ta’ Malta qalu lil one.com.mt li t-tfittxija għaż-żagħżugħ Franċiż li ġie rrappurtat nieqes, waqfet.

Din tista’ tkun indikazzjoni li l-katavru ta’ raġel li nstab fil-baħar ta’ San Ġiljan huwa tal-Franċiż iżda l-Pulizija għadha mhux f’pożizzjoni li tikkonferma l-identità tar-raġel.

Aqra aktar

Jinstab raġel mejjet f’karozza taħt il-baħar f’Marsaxlokk

Kien għall-ħabta tas-14:00 meta l-Pulizija, assistiti mill-bugħaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta għamlu spezzjoni taħt il-baħar ħdejn il-pont, fl-inħawi magħrufa bħala tal-Magħluq f’Marsaxlokk fejn għamlu sejba ta’ katavru ta’ raġel li kien mgħerreq flimkien ma’ vettura.  Dan sar, wara informazzjoni li seta’ kien hemm xi vettura fil-baħar.

Wara din l-ispezzjoni, fil-fatt irriżulta, li fil-baħar, kien hemm vettura tat-tip Toyota Landcruiser li fiha kien hemm katavru ta’ raġel.  Minn investigazzjonjiet preliminari li saru, irriżulta li l-katavru li nstab fil-vettura, huwa ta’ raġel ta’ 36 sena li joqgħod Birżebbuġa.

Aqra aktar

Il-katavru ta’ min hu? Għadu s’issa mhux identifikat

Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit flimkien mal-Forżi Armati ta’ Malta lbieraħ tellgħu katavru ta’ raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, mill-bajja tal-Fajtata, Wied il-Għajn.

Fuq il-blat kien hemm id-demm u l-mobajl tar-raġel filwaqt li fuqu kellu mazz ċwievet.

Il-Forzi Armati ta’ Malta ħadu l-katavru f’Xatt it-Tiben biex imbagħad jittieħed l-isptar Mater Dei.

Send this to a friend