Karozzi | One News

Notifiki

Tnejn arrestati b’rabta ma’ serq minn karozzi f’Delimara u St. Peter’s Pool

Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u Saint Peter’s Pool.

Il-Pulizija tad-Distrett għamlet l-arresti wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, u waqt tfittxija f’vettura li kienu qed jużaw, instabu diversi oġġetti misruqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li ż-żewġ persuni mistennija jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Lejn inqas emmissjonijiet mill-vetturi sal-2030

F’Diċembru li għadda, il-Membru Parlamentari Laburista Miriam Dalli mexxiet negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar liġi biex karozzi ġodda jaħdmu b’teknoloġija nadifa u jintlaħqu l-miri stabbiliti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet CO2 sal-2030.

F’diskussjoni li saret il-Ġimgħa, Dalli spjegat kif l-arja aktar nadifa għaċ-ċittadini li tissarraf fi kwalità ta’ saħħa aħjar, prezzijiet orħos għall-karozzi li jaħdmu b’teknoloġija nadifa u li jonqsu l-effetti ħżiena tat-tibdil fil-klima huma t-tlett punti importanti li fuqhom hija bbażata din il-liġi.Aqra aktar

Il-Pulizija tispezzjona aktar minn 100 karozza f’Għawdex

107 karozzi kienu spezzjonati mill-Pulizija f’diversi lokalitajiet f’Għawdex, fosthom in-Nadur, ix-Xewkija, u r-Rabat.

F’dawn il-kontrolli u mwaqqfa diversi persuni minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku, bħal sewqan bla ċintorin tas-sigurtà, sewqan mingħajr liċenzja valida jew b’veloċità eċċessiva, u anke sewqan b’tgħobija żejda ta’ passiġġieri fost oħrajn.

Jgħinu f’dawn l-ispezzjonijiet kien hemm ukoll membri mis-Sezzjoni tat-Traffiku.

Nirien kbar qerdu żewġ karozzi f’San Pawl il-Baħar

Żewġ karozzi inqerdu totalment filwaqt li tlieta oħra ġarbu ħsarat konsiderevoli f’San Pawl il-Baħar. Il-każ seħħ għall-ħabta tan-00:30 fi Triq Jean De La Cassier.

Jidher li għal xi raġuni karozza ħadet in-nar bil-konsegwenza li dan infirex fuq il-kumplament li kienu fl-inħawi. Il-vetturi li nħarqu totalment huma vann tat-tip Iveco kif ukoll Opel Tigra. Filwaqt li Land Rover, vann Peugeot Partner kif ukoll vann ieħor Mitsubishi sofrew minn xi ħruq fuq il-parti ta’ quddiem tal-vettura.Aqra aktar

Karavan u karozza jieħdu n-nar f’Bormla

Karavan ħa nar matul il-lejl tal-Ġimgħa, bil-konsegwenza miegħu inħarqet karozza tat-tip Fun Cargo.

Il-każ seħħ fi Triq il-Mitħna, f’Bormla, fejn isejjħu xi membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien fi ftit tal-minuti, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett.Aqra aktar

Send this to a friend