karol aquilina – One News

Notifiki

Ifittex l-iskużi wara li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, issa ntebaħ li waqqa’ l-ġebla fuq saqajh u mar Tas-Sliema biex jiġġustifika għaliex waqqa’ l-libelli li kien għamel wara li ffaċja akkużi mill-iktar serji. Iżda, lanqas dwar dan mhu kredibbli. Għax m’hemm l-ebda skuża valida dwar għaliex ma marx jitlob inkjesta maġisterjali dwaru nnifsu. Aqra aktar

“Karol Aquilina kellu jressaq mozzjoni biex jiskuża ruħu”- Il-PL

Kien ikun aħjar li kieku d-Deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, ressaq mozzjoni biex jiskuża ruħu wara li għal xhur sħaħ,kien parti mill-ikbar gidba politika fl-istorja ta’ pajjiżna. L-inkjesta dwar Egrant tikkonferma li dak li ntqal fuq il-Prim Ministru ma kien xejn għajr kampanja ta’ ħmieġ u gideb li donnu Karol Aquilina għad għandu qalbu marbuta magħha.

Il-Partit Laburista nnota li din hija wkoll mozzjoni sintomatika ta’ min jirrispetta l-istituzzjonijiet biss sakemm jaqblu miegħu.Aqra aktar

Karol Aquilina b’mistoqsija parlamentari biex jiċċekkja fuq il-klikka ta’ Delia

Id-Deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, għamel mistoqsija parlamentari lill-Ministru Owen Bonnici dwar min mar fil-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti tal-PBS fl-aħħar xhur.

Mal-ewwel daqqa t’għajn wieħed jassumi li din il-mistoqsija saret biex wieħed iżomm kontabbli lill-istazzjon nazzjonali fuq dik li hi rappreżentanza ekwa bejn iż-żewġ partiti. Iżda, sorsi fil-Partit Nazzjonalista spjegaw lil gazzetta Kulħadd li l-fatti jmorru lil hinn minn hekk.

Aqra aktar

Send this to a friend