Karnival – One News

Notifiki

Conor McGregor kuntent li sab ruħu fuq karru tal-Karnival Malti

Karru tal-karnival Malti ġibed l-attenzjoni tal-istilla Irlandiża fl-arti marzjali fil-UFC, Conor McGregor.

Dan hekk kif fis-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, McGregor xerred ritratt fuq il-profil tiegħu fuq is-sit soċjali Instagram b’karru tal-karnival Malti fil-Furjana.

The Notorious One kien wieħed mill-figuri prominenti fuq l-istess karru.

Fil-kumment tiegħu McGregor rringrazzja lill-Malta u saħansitra ta’ ħjiel li ser iżur pajjiżna fil-futur qarib.

Karnival Malti jagħmlu karru ta' Conor McGregor
Il-“post” ta’ Conor McGregor b’reazzjoni għall-karru tal-Karnival Malti

Il-Ballu Tritoni għal darb’oħra fil-Belt Valletta

Għat-tieni sena konsekuttiva Pjazza Tritoni se terġa’ tingħata l-ħajja fil-jiem tal-Karnival. Dan hekk kif is-Sibt li ġej se jittella’ il-Ballu Tritoni.

Ballu li se jkun ferm differenti minn tas-sena ta’ qabel bl-għan ewlieni hu li tinżamm it-tradizzjoni Maltija iżda fl-istess waqt timxi maż-żminijiet.Aqra aktar

Ċans biex tipproduċi xogħol marbut mal-Karnival fil-Karnival tas-Sajf!

Il-Karnival tas-Sajf se jkun estiż bl-avveniment ‘Hands-On Summer Carnival Experience’. Dan ħabbritu Festivals Malta fi stqarrija, fejn iddeskriviet dan l-avveniment bħala wieħed li se jgħin lill-pubbliku jsir jaf aħjar ix-xogħol artistiku li huwa marbut mal-Karnival, u jkollu ċ-ċans jipproduċi xogħolijiet hu stess marbuta mal-Karnival Malti.Aqra aktar

Tibda’ l-isfilata tal-Karnival

Wara l-maltemp tal-ġimgħa li għaddiet bosta Maltin irħewlha biex ikomplu jiċċelebraw il-Karnival hekk kif kawża tal-maltemp il-ġimgħa li għaddiet l-attivitajiet ġew ikkanċellati.

Huma bosta familji u żgħażagħ li llum irħewlha għall-Belt u l-Furjana biex jiċċelebraw il-Karnival qabel jintemmu ċ-ċelebrazzjonijiet hekk kif bdiet l-isfilata tal-Karnival.

Is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Frar jitkompla l-karnival ta’ Malta 2018

Festivals Malta flimkien mat-Tim Organizzattiv tal-Karnival tfakkar li l-Karnival se jibqa’ għaddej fi tmiem il-ġimgħa. Il-Karnival tat-Tfal se jsir nhar is-Sibt 17 ta’ Frar fid-9:30am fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €5, b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €10. Wara ssir attività oħra fl-istess ġurnata fit-3:30pm li tinkludi programm taż-żfin u sfilata bil-karrijiet. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €7 b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €15. Il-Ħadd 18 ta’ Frar se jsir il-Gran Defilé fi Triq Sant’Anna, il-Furjana mis-2pm ’il quddiem.

Festivals Malta tħabbar li l-voti sottomessi b’konnessjoni mal-kompetizzjonijiet tal-Karnival ta’ Malta se jinfetħu nhar it-Tnejn li ġej, 19 ta’ Frar u b’hekk ir-riżultati tal-kompetizzjonijiet jitħabbru nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar, kmieni waranofsinhar.

Kull min xtara biljett tal-Karnival u ma użahx se jiġi kkuntattjat minn www.ticketline.com.mt biex jingħata l-flus tagħhom lura. Għalhekk għall-attivitajiet il-ġodda tal-Karnival, li huma bil-ħlas, ma jistgħux jintużaw il-biljetti ta’ qabel imma jridu jinxtraw oħrajn ġodda. Il-biljetti l-ġodda jistgħu jinxtraw onlajn minn http://www.ticketline.com.mt jew miċ-ċinemas tal-Embassy, il-Belt, mill-llum il-Ħamis 15 ta’ Frar.

Għall-aġġornamenti kif ukoll ritratti tal-Karnival ta’ din is-sena żur http://www.karnivaltamalta.org jew https://www.facebook.com/karnivaltamalta.com/.

Kważi 34,000 persuna żaru Għawdex għall-karnival

Minkejja li l-Karnival kien iddominat minn maltemp qawwi dan xorta waħda ma qatgħax qalb il-Maltin li kellhom jaqsmu l-fliegu sabiex jiċċelebraw il-Karnival tan-Nadur.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-kumpanija Gozo Channel għamlet total ta’ tlett mija u tlettin vjaġġ- fejn b’kollox il-vapuri waslu lill-aktar minn tlieta u tlettin elf u disa’ mitt persuna lejn il-gżira ta’ tliet għoljiet. Bi vjaġġi addizjonali sabiex jonqos il-ħin ta’ stennija li laħqu  it-tmienja u sittin.

Aqra aktar

Send this to a friend