karita | One News

Notifiki

Il-ġenerożità bla tmiem tal-Maltin; aktar minn miljun għal Puttinu

Il-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna nistgħu ngħidu sar assoċjat mas-solidarjetà li l-Maltin juru lejn dawk li għaddejjin minn żminijiet kemxejn diffiċli minħabba mard.

Ilbieraħ il-poplu għal darb’oħra ma naqasx milli juri solidarjetà ma’ Puttinu Cares u kull min jinsab bżonn l-għajnuna li toffri din l-għaqda, tant li ta aktar minn miljun u tliet mitt elf ewro għall-persuni morda bil-kanċer.

Il-ġabra rekord ser isservi biex Puttinu Cares tkompli toffri akkomodazzjoni fl-Ingilterra għall-pazjenti u l-familjari tagħhom.

F’dan il-filmat hawn ir-reazzjoni tal-viċi chairperson ta’ Puttinu Cares, Angele Cuschieri, u ritratti ta’ mumenti mill-maratona.

Aqra aktar

Jinġabru €980,911 għad-Dar tal-Providenza fl-ewwel jum tas-sena

€980,911 inġabru waqt il-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb, għalkemm kemmxejn kiesaħ, għen għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta w Għawdex organiżżaw ġabriet speċjali.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar. Huwa qal li dawn il-fondi se jgħinu biex id-Dar tkompli tagħti ħajja xierqa u dejjem aħjar lir-residenti tagħha. Huwa irringrazzja lill-awtoritajiet ċivili u politiċi għall-appoġġ tagħhom kif ukoll lill-mijiet ta’ voluntiera li ħadu sehem fl-organiżżazzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità.

Aqra aktar

Familja tħalli darha għal Puttinu

Il-ġenerożità tal-Maltin m’hemmx dubji dwarha. Biżżejjed insegwu waħda mill-ħafna maratoni li jsiru b’risq persuni fil-bżonn. Sena wara sena l-Maltin idaħħlu jdejhom fil-but u kollettivament joħorġu b’sommom li jkunu ta’ fejda.

Iżda familja partikolari, minflok flus, mill-but ħarġet ċavetta. Din hija ċ-ċavetta ta’ dar fil-qalba ta’ Birkirkara li l-familja ħalliet f’idejn Puttinu Cares, sabiex il-flus mill-bejgħ jgħinu proġett ta’ bini ta’ residenzi ħdejn iċ-ċentru ta’ Londra. Famlji Maltin b’każijiet ta’ mard serju li jrid jiġi trattat Londra jkunu jistgħu jgħixu f’dawn ir-residenzi, b’hekk inaqqsu ftit mill-ispejjeż u l-inkwiet.

Puttinu Cares iċċelebraw din il-ġenerożità permezz ta’ Facebook.

Aqra aktar

Send this to a friend