kantant – One News

Notifiki

Fr. Rob Galea f’Malta din is-sena

Fr. Rob Galea, il-qassis Malti u kantant li għandu tant segwaċi minn madwar id-dinja u li jibqa’ magħruf għall-prestazzjoni tiegħu ta’ suċċess fil-programm popolari X Factor qalilna li m’għandux riżoluzzjoni partikolari ħlief li jkompli jżur pajjiżi oħra apparti l-Awstralja u jwassal il-messaġġ ta’ Kristu permezz tal-mużika, meta tkellem ma’ ONE News.

 

Meta mistoqsi x’jaħseb li hu l-messaġġ t’Alla fid-dinja tal-lum, Fr. Rob jgħid: ‘li wieħed iċedi, u li nieqfu nħarsu lejna nfusna bi kburija’. Galea jżid li l-messaġġ m’huwhiex lanqas wieħed ta’ paċi fid-dinja biss iżda li nħarsu lejn ir-rigal t’Alla u ma nintrabtux mat-teżori ta’ din id-dinja.

 

Fr. Rob għandu l-ħsieb li jżur pajjiżna bejn Lulju u Awissu li ġej biex ilesti l-album li jmiss u forsi wkoll biex jagħmel kunċert f’pajjiżna, għalkemm dan għadu mhux pjan iffinalizzat. Galea jgħid: ‘’I love Malta with all my heart…’ u jżid li l-iskop tiegħu hu li jagħmel minn kollox u jgħin biex jissapportja l-poplu Malti ikompli jibni lilu nnifsu fl-imħabba t’Alla. 

Kif beda jkanta Ivan Grech? Żgur mhux se taqta dak li żvela ħuh f’għeluq sninu

Norman Grech huwa ħu Ivan Grech, u b’ton ċajtier irrakonta kif ħuh beda l-karriera mużikali tiegħu.

Jirrakonta li bħal kull tifel qabel isir adoloxxenti, ħuhom l-ieħor Jovan u hu kienu mqarbin ħafna. Darba fost l-oħrajn ħadu lil Ivan, ħudhom iż-żgħir, fuq il-bejt. Dak iż-żmien kellu biss sena u ftit xhur. Ma kienu pjanaw xejn ħażin, jirrakkonta, u kienu jħobbuh ħafna lil ħuhom iż-żgħir.

Kien il-bidu tas-sajf  u kieku jiġru mal-appartament u l-bejt fejn kienu jgħixu. Kienu għadhom eċitati li ħuhom kien beda jżomm waħdu fuq saqajh.

Malli niżluh, ħafi, fuq il-bejt, Ivan beda jingħi u jħares lejn ħutu. Norman jirrakkonta li bħal donnu beda jkanta, u wara jwerżaq, imma baqa’ dritt dritt ma jiċċaqlaqx.

Aqra aktar

Qormi jikseb suċċess f’Berlin

Żagħżugħ Qormi rebaħ l-OGAE Eurovision Song Contest f’Berlin, aktar kmieni dan ix-xahar. Sebastian Calleja li jgħodd it-tmintax-il sena iffaċja kompetizzjoni minn ħdax -il pajjiż ieħor.

Calleja beda jkanta ħdax-il sena ilu u bħalissa qed jiġi mħarreġ mill-kantant Glen Vella. Għaż-żagħżugħ dan mhux l-ewwel suċċess miksub hekk kif sentejn ilu kien għamilha mal-finalisti f’Sanremo Junior Malta u anki mar l-Italja jipparteċipa b’kanzunetta.

Send this to a friend