kandidati | One News

Notifiki

Imħabbra l-għaxar kandidati għat-tmexxija tar-Renju Unit

Ġew ikkonfermati l-għaxar kandidati finali għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż, b’wieħed minnhom mistenni jkun il-Prim Ministru l-ġdid. Jeremy Hunt, Domnic Raab, Matt Hancock u Michael Gove, li niedew il-kampanij tagħhom qabel l-iskadenza tan-nominazzjonijiet, jinsabu kollha fuq il-lista.

Il-Membri Parlamentari Konservattivi issa se jieħdu sehem f’sensiela ta’ votazzjonijiet sabiex il-kandidati jitnaqqsu għal tnejn. Dawn imbagħad se jaffaċċjaw lill-membri kollha tal-Partit, sabiex ikun deċiż il-mexxej il-ġdid tal-partit u tal-pajjiż.

Il-lista, li tħabbret mill-Viċi Chairman tal-Kumitat 1922 tal-Partit Konservattiv Dame Cherly Gillan, tinkludi wkoll lil Boris Johnson, Mark harper, Sajid David, Andrea Leadsom, Esther McVey u Rory Stewart. Sabiex il-kandidati setgħu jikkontestaw, ried ikollhom l-appoġġ ta’ sitt Membri Parlamentari oħra.

Cyrus Engerer bi sfida lill-kandidati ġodda tal-PN

“Nawgura li l-kandidati l-ġodda tal-Partit Nazzjonalista jiddistanzjaw irwieħhom mill-ħsara li għamlu lil Malta il-Membri Parlamentari Ewropej Casa u Metsola f’din il-legislatura u jiddikjaraw li se jkunu qegħdin jaħdmu b’mod differenti jekk huma jiġu eletti” qal il-Kandidat tal-Partit Laburista Cyrus Engerer f’dibattitu fl-Università ta’ Malta organizzat mill-għaqda TDM 2000 fl-okkażjoni ta’ FreshersWeek 2018.Aqra aktar

MARLENE FARRUGIA: Il-PN b’kandidati “non-starters”

Id-deputat Marlene Farrugia qalet li sa issa mhemmx kandidat tajjeb minn fost dawk li ippreżentaw isimhom għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-ewwel jum li fetħu n-nomini u f’mument fejn il-kandidati kkonfermati huma tlieta Marlene Farrugia kitbet li biex l-oppozizzjoni tkun b’ saħħitha jeħtieġ ikun hemm mexxej b’ saħħtu li jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista u jibni il-pontijiet ma’ kull saff tas-soċjetà.

Aqra aktar

Id-Delegati tal-Partit Laburista jibdew jivvotaw

Il-votazzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament infetħet ftit tal-minuti ilu, propju mat-tokki tal-għaxra. Għalhekk, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista hemm moviment mhux ħażin hekk kif kienu numru tajjeb ta’ delegati tal-Partit Laburista li ħasbu biex ipoġġu l-vot tagħhom kmieni. Jispikka l-eċitament fost il-kandidati u d-delegati biex ikunu jafu r-riżultat finali ta’ din l-elezzjoni. Id-Delegati jistgħu jpoġġu l-vot tagħhom sat-20.00. Komplu segwu ONE.COM.MT għall-aħħar żviluppi.

Aqra aktar

Tliet biografiji; illum id-delegati tal-PL jivvotaw għal Deputat Mexxej

Ilum id-delegati tal-Partit Laburista se jivvutaw fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista.

Min jirbaħ ikun awtomatikament maħtur bħala Deputat Prim Ministru, kariga li tħalliet vakanti minn Louis Grech. Id-delegati se jagħżlu bejn tliet Ministri: Helena Dalli, Chris Fearne, u Edward Scicluna.

Aqra aktar

“Tim ta’ kandidati eċċellenti għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna” – JM

“Qed nippreżentaw kandidati eċċellenti li ġejjin mill-oqsma kollha tal-ħajja u ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà u għalhekk jistgħu jmexxu ‘l quddiem il-manifest ambizzjuz u konkret tal-Partit Laburista.”

Dan huwa kliem il-Prim Ministru u l-Mexxej laburista Joseph Muscat hekk kif preżenta l-kandidati tal-Partit Laburista li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju. Il-Prim Ministru tenna li l-Partit Laburista bil-lista ta’ 70 kandidat qed jagħti għażla wiesa u tajba lill-elettorat.

Aqra aktar

Ottimisti li l-aqwa żmien għadu ġej

Il-proposti li ħareġ bihom l-Partit Laburista f’dawn l-ewwel ġimgħatejn tal-kampanja elettorali nizlu sens ta’ ottimiżmu fost iż-Żwieten li huma ottimisti li l-aqwa zmien ta’ pajjizna għadu ġej .

Dak kien is-sentiment waqt iz-zjara li għamlu l-kandidati laburisti tat-tielet distrett fil-monti taz-Zejtun , l-Erbgħa filgħodu .

Iż-Żwieten huma fiduċjuzi li dak li qiegħed iwiegħed l-Partit Laburista se jwettqu jekk jerġa jkun elett fil-Gvern. Għax jafu li f’dawn l-erba snin il-gvern zamm kelmtu mal-pensjonanti , studenti , familji u n-negozji.

Aqra aktar

Send this to a friend