kampjonat premier – One News

Notifiki

Valletta inkurunati champions tal-kampjonat Malti

Il-Kampjonat BOV Premier irritorna lura fil-Belt kapitali hekk kif it-tim ta’ Valletta FC għeleb lill-Gżira United filwaqt li t-tim ta’ Balzan tilef kontra Hibernians.

Valletta rebħu bl-iskor ta’ tnejn b’wieħed kontra l-Gżira.

Ftit qabel is-siegħa logħob, is-supporters Beltin infexxew f’għajjat u ċelebrazzjonijiet hekk kif waslitilhom l-aħbar li t-tim ta’ Balzan kien qed jitlef.

Mistennija ċelebrazzjonijiet kbar fil-Belt Valletta anke għall-fatt li l-kampjonat intrebaħ propju fis-sena li l-kapitali Maltija għandha t-titlu ta’ Kapitali Ewropea.

Kampjonat Premier – Tispikka Valletta vs Balzan

Wara li tilfu tnejn mill-aħħar tliet logħbiet, Gzira United se jkun qed jittamaw li jergħu lura għar-rebħ meta jiltaqgħu kontra St.Andrews fil-Grawnd taċ-Ċentinarju, illum. Il-Maroons għaddejjien minn forma negattiva u  issa jinsabu seba punti wara l-leaders tal-klassfika Balzan, u erba  punti wara Valletta.

B’ rebħa hija huwa jżommu t-tielet post peress li kemm Hibernians kif  ukoll Birkirkara jinsabu biss żewġ punti warajhom. Madankollu, il-logħba tagħhom  tal-llejla mhux se tkun waħda faċli.   St.Andrews ġabru erba’ punti mill-aħħar żewġ logħbiet fi draw ma’ Hamrun Spartans u rebħa  xejn mistennija kontra Floriana.

St.Andrews bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar u riżultat pożittiv ieħor, jgħinhom joħorġu barra miż-żona ta’ perikolu. Fl-ewwel rawnd, Gzira skorja lil St. Andrews 32.

Il-logħba prinċipali pero għal din il-ġimgħa, tintlagħab il-Ħadd wara nofs in-nhar fejn iż-żewg timijiet ta fuq Balzan u Valletta jiltaqghu kontra xulxin.

Balzan għandhom tlett punti vantaġġ fuq Valletta, u għalhekk dawn tal-aħħar jittamaw f’rebha biex jilħquhom.  Rebħa għal Balzan tiftaħ vantaġġ ta’ 6 punti fil-quċċata.

Il-logħbiet kollha ta` 18 il-gurnata huma:

Illum: Gzira vs St Andrews

Is-Sibt: Sliema W vs Lija A; Naxxar L vs B’kara; Senglea A vs Tarxien R; Floriana vs Hamrun S

Il-Ħadd: Mosta vs Hibernians; Valletta vs Balzan

Send this to a friend