kampanja elettorali – One News

Notifiki

Il-PL isibilhom “żball ieħor”

Waqt li fl-ewwel jum tal-kampanja għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej, il-Partit Nazzjonalista kien fuq is-slielem jaqla’ l-ewwel billboards li kien għadu kif ħareġ fit-toroq, lanqas laħqu għaddew sagħtejn li fit-toroq ma tfaċċatx it-tweġiba tal-Partit Laburista.

“Sorry…. sibna żball ieħor.. Flimkien għal kontra pajjiżna”. Hekk jaqra l-messaġġ ironiku fuq il-billboard tal-Partit Laburista flimkien ma’ face palm emoji li juri l-imbarazzament tal-Partit Nazzjonalista għall-iżball fl-ewwel billboard tal-kampanja, fejn esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw iwaħħlu f’denb xulxin għal dan ix-xogħol fi kliemhom dilettantesk.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Jibdew iwaħħlu f’xulxin wara li bdew fuq sieq ħażina

Il-ktieb tal-kampanja elettorali

Aħna lkoll Malta. Ktieb li jiġbor fih il-memorji tal-kampanja elettorali mill-mument li tħabbret l-elezzjoni fl-ewwel ta’ Mejju sa l-ġurament tal-ħatra ta’ Prim Ministru.

Il-ktieb mis-Sensiela Kotba Soċjalisti se jiġi imnhiedi nhar is-sibt ilhi gej

Aqra aktar

Bil-filmat: L-aqwa għaxar mumenti ta’ Joseph Muscat f’din il-kampanja

Erba’ snin wara li l-poplu fdalu t-tmun ta’ pajjiżna b’mandat ċar u b’saħħtu, il-Prim Ministru Joseph Muscat kiber fi statista li din l-art għad trid tfakkru bħala iben dehen tagħha. Prim Ministru li f’għajnejh hemm biss il-bajda u ħamra li tgħaqqadna lkoll bħala wlied il-ġens Malti.

L-imħabba lejn Malta li kienet riflessa f’kampanja pożittiva msejsa fuq il-ħolma Maltija li Joseph Muscat għandu għalina.

Aqra aktar

FILMAT: L-aħħar messaġġ tal-Prim Ministru għal din il-kampanja elettorali

L-aħħar jum tal-kampanja elettorali fejn propju ftit tal-ħin ilu l-Prim Ministru ta’ Malta ta diskors emozzjonanti quddiem eluf ta’ Maltin u Għawdxin li attendew bi ħġarhom għall-aħħar mass meeting f’Ħal Far.

Ftit wara li temm id-diskors il-Prim Ministru għamel messaġġ żgħir biex jagħlaq dan il-jum li bħal kull ġurnata ta’ qabel kien mimli impenji tal-kampanja, fejn f’dan il-messaġġ hu rringrazzja lil kulħadd li b’xi mod għen f’din il-kampanja elettorali.

Aqra aktar

Għal Simon Busuttil, il-kampanja kienet roller coaster kollha għajjat u twerżiq

“Kampanja elettorali hija bħal roller coaster” – b’din it-tixbiha beda intervista fuq Net Tv Simon Busuttil Qal li waqt il-kampanja esperjenza ħafna “għajjat u twerżiq” u li kull min huwa konvint bil-prinċipji tal-PN, irid issa joffrilu xi proposti, “għas-sodisfazzjon”.

Wara ftit minuti, reġa ssokta ssoltu diskors negattiv ta’ Busuttil. Protagonisti kienu kliem bħal “ħmieġ” u “kriminalità”.

Il-bqija tal-intervista għamilha jattakka ministri wieħed wieħed, b’referenza għal wieħed minnhom bħala “bil-wiċċ daqs dinja tiegħu”.

Warajh fuq NET TV tkellmet Therese Commodini Cahcia. Dik li m’bod frodulenti, qed tħallas lill-propogandist John Zammit bi flus Ewropej.

Joseph Muscat dwar il-Malta Files

Fl-20 ġurnata tal-kampanja elettorali, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista tkellem dwar ir-rapporti li dehru kontra Malta fl-istampa internazzjonali. Il-Prim Ministru spjega li dawn ir-rapporti provaw jgħidu li f’Malta hawn kumpaniji li qed jagħmlu xi ħaġa llegali.

Fil-verità, qal il-Prim Ministru, s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna ilha l-istess minn meta sirna membri tal-Unjoni Ewropea u din is-sistema ġiet approvata mill-Unjoni Ewropea u l-OECD. Iżda, tenna l-Mexxej Laburista, hemm min ikollu l-interess li jagħti daqqa’ lil Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend